More signs that spring is here. An intense low pressure system over Algeria will bring us this year’s very first airborne fine desert sand. Strong southwesterly winds over Algeria will whip up a substantial amount of fine desert sand. Some of this will be carried to our shores by strong upper level winds. This fine desert sand will prevail over the central Mediterranean from Thursday 07/03 till Sunday 10/03. This will manifest itself as a reddish haze covering the sky. Additionally, winds blowing towards us from Algeria will cause temperatures to rise. The warmest of these four days will be Saturday 09/03, with maximum and minimum temperatures of 22°C and 14°C respectively. Meanwhile, a ridge of high pressure will remain stationary over the central Mediterranean. This should deviate showers and thunderstorms to mainland Europe, away from the Maltese Islands. With no rain-producing clouds expected to form around us, no fine desert sand is expected to be deposited. The wind will be mainly moderate from the Southeast to East. The situation will return to normal on Monday 11/03, when a strong Northwest wind brings cleaner air to the Maltese Islands.
Aktar sinjali tar-rebbiegħa. Sistema ta’ pressjoni baxxa intensa fuq l-Alġerija se ġġibilna l-ewwel trab fin fl-arja għal din is-sena. Irjiħat qawwija mill-lbiċ fuq l-Alġerija se jwassal biex ammonti sostanzjali ta’ ramel fin jiġi mirfugħ fl-atmosfera. Xi ftit minnu se jiġi mwassal fuq il-Gżejjer Maltin minn irjiħat qawwijin fil-livelli għoljin ta’ l-atmosfera. Dan it-trab fin fl-arja ser jippersisti mill-Ħamis 07/03 sal-Ħadd 10/03. Dan se jidher bħala sħaba fina ħamra li tgħatti s-sema. Dawn l-istess irjiħat ukoll, se jwasslu biex jogħlew xi daqsxejn it-temperaturi lokali. L-aktar sħuna minn dawn l-erba t’ijiem se jkun is-Sibt 09/03, bl-ogħla ta’ 22°C u l-anqas ta’ 14°C. Sadattant, firxa ta’ pressjoni għolja se tibqa stazzjonarja fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. Dan mistenni jżomm il-maltemp il-bogħod mill-Gżejjer Maltin. Peress li mhux se jifforma sħab tax-xita fuqna, mhux se nkunu qed nistennew xita tal-ħamrija. Ir-riħ jkun l-aktar moderat mix-Xlokk għal-Lvant. Is-sitwazzjoni metejoroloġika tirritorna għan normal nhar it-Tnejn 11/03, meta riħ qawwi mill-Majjistral iġib arja nadifa fiċ-ċentru tal-Mediterran.
0 comments
Write a comment