As forecast, bad weather will be returning to the Maltese Islands for one day on Wednesday 27/03. This will be the result of a cold front associated with a low pressure system over the Tyrrhenian Sea. The cold front will be moving across the central Mediterranean early in the day on Wednesday 27/03. It will manifest itself as increasing cloudiness later in the day on Tuesday 26/03. There will also be a significant drop in air temperature. Whilst the maximum on Tuesday 26/03 soared to 19 C, the high on Wednesday 27/03 will struggle to reach 14 C. The nighttime minimum may drop to below 10 C. Another impact of this cold front will be a series of showers which could be briefly heavy and thundery at times. Isolated showers are possible at any time on Wednesday 27/03, but much of the rain is to be expected between 04:00 and 13:00. A total of up to 15 mm may be measured in the hardest hit localities. The southwest of Malta should be the wettest. The wind will be light and variable on the day. The rain will be clean.

Kif imbassar, il-maltemp se jirritorna lejn il-Gżejjer Maltin għal ġurnata waħda biss nhar il-Erbgħa 27/03. Dan se jkun ir-riżultat ta’ front ta’ arja kiesħa assoċjat ma’ sistema ta’ pressjoni baxxa fuq il-Baħar Tirren. Il-front ta’ arja kiesħa se jgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran kmieni fil-jum ta’ l-Erbgħa 27/03. L-ewwel sinjal ta’ dan se jkun sema li jsir dejjem aktar imsaħħab matul il-jum tat-Tlieta 26/03. Se jkun hemm ukoll waqa fit-temperaturi. L-ogħla tat-Tlieta 26/03 messet 19 C. L-ogħla ta’ l-Erbgħa 27/03 għandha x-xorti tmiss 14 C. L-anqas matul il-lejl tista tinżel taħt 10 C. Impatt ieħor ta’ dan il-front ta’ arja kiesħa se jkunu serje ta’ ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu qawwijin u bir-ragħad għal ftit ħin kultant. Iċ-ċans ta’ ħalbiet iżolati tax-xita se jkopri l-jum kollu ta’ l-Erbgħa 27/03, minkejja li x-xita mistennija l-aktar bejn 04:00 u 13:00. Total ta’ 15 mm għandu jitkejjel fl-aktar lokalitajiet milquta. In-naħa ta’ l-lbiċ ta’ Malta għandha tara l-aktar xita. Ir-riħ se jkun ħafif u varjabbli. Ix-xita se tkun nadifa.