A high pressure system extending across the central Mediterranean will drag very warm air from north Africa towards the Maltese Islands. For up to three days, the air temperature across the Maltese Islands will be at or above average. Temperatures will reach 22 C, 25 C and 26 C on Thursday 09/05, Friday 10/05 and Saturday 11/05 respectively. This warm spell will be short-lived, however, as a low pressure system developing over the Gulf of Genoa reaches the central Mediterranean on Sunday 12/05. This will drive colder air from over Europe towards the central Mediterranean. Temperatures will plunge to below average once again. Highs will struggle to reach 21 C / 22 C during the day, and will dip to 13 C / 14 C at night. The Northwest wind will once again blow strongly across our area of the Mediterranean next week. The skies will also be cloudier, with some light rain possible on a couple of days. Starting on Sunday 12/05, this instability is expected to take hold of the Maltese Islands till at least Friday 17/05.
Sistema ta’ pressjoni għolja li qed testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran se tkun qed iġġib magħha arja sħuna minn fuq l-Afrika lejn il-Gżejjer Maltin. Għal xi tlett ijiem, it-temperaturi fil-Gżejjer Maltin se jkunu mal-medja jew ogħla. It-temperaturi mistennija jilħqu 22 C, 25 C u 26 C nhar il-Ħamis 09/05, il-Ġimgħa 10/05 u s-Sibt 11/05 rispettivament. Din il-waqfa ta’ temperaturi sħan se tkun qasira ħafna, pero, hekk kif sistema ta’ pressjoni baxxa li qed tifforma fuq il-Golf ta’ Genoa se tgħaddi lejn iċ-ċentru tal-Mediterran. It-temperaturi se jaqgħu għal taħt il-medja mill-ġdid. L-ogħla se jilħqu biss 21 C / 22 C matul il-jum, filwaqt li jinżlu sa 13 C /14 C billejl. Ir-riħ mill-Majjistral se jerġa jkun qawwi fir-reġjun tagħna tal-Mediterran. Is-sema se jkun aktar imsaħħab, b’saħansitra xi ftit xita ħafifa tkun possibli f’numru ta’ jiem. Din l-instabbilta’ se tibda nhar il-Ħadd 12/05, u mistenni tkompli għaddejha sa mill-anqas il-Ġimgħa 17/05.
0 comments
Write a comment