This year’s spring was the most unstable in many decades. At the moment, temperatures are significantly colder than normal. There is some good news for those of you who love summer, however. As we have been saying for several weeks, the beginning of June is set to bring with it more settled weather. Temperatures are expected to reach 30 C for the very first time this year in the first week of June. This means that air temperatures will be at or slightly above the mean.
Long-term weather models indicate that an anticyclone developing over north Africa will be extending to cover much of the western Mediterranean. This will be the first time that we are seeing this happen this year. This will take place just in time for the start of the meteorological summer on Saturday 01/05. The anticyclonic conditions will mean that storm systems will be blocked from reaching the central Mediterranean. This will ensure clear skies, light winds and warm to very warm temperatures on most days.
According to our long-term charts, summer is still going to be average or slightly warmer than average.
Ir-rebbiegħa ta’ din is-sena kienet l-aktar instabbli f’għexieren ta’ snin. It-temperaturi bħalissa qed ikunu ferm anqas mill-medja. Madankollu, hemm aħbarijiet tajba għal min iħobb is-sajf. Kif ilna ngħidu għal ġimgħat twal, il-bidu ta’ Ġunju se jġib miegħu temp ferm aktar stabbli. L-ewwel temperaturi ta’ 30 C għal din is-sena għandhom jintlaħqu fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju. Dan ifisser li t-temperaturi se jkunu daqs jew ogħla mill-medja.
Il-mapep tat-temp fit-tul qiegħdin jindikaw li antiċiklun li qed jiżviluppa fuq it-tramuntana ta’ l-Afrika se jkun qed jestendi biex jgħatti l-biċċa l-kbira tal-punent tal-Mediterran. Din se tkun l-ewwel darba din is-sena li qed naraw din il-ħaġa sseħħ. Dan se jseħħ għal bidu ta’ l-istaġun tas-sajf metejoroloġiku li jaħbat nhar is-Sibt 01/05. Dawn il-kundizzjonijiet antiċikloniċi se jżommu l-bogħod sistemi ta’ maltemp. Dan ifisser sema ċar, riħ ħafif u temperaturi sħan fil biċċa l-kbira tal-jiem.
Skont il-mapep fit-tul tagħna, is-sajf xorta waħda għadu jidher li se jkun wieħed normali jew kemmxejn aktar sħun minn normal.
0 comments
Write a comment