Rainfall in July is rare but not unheard of. Isolated showers which were briefly heavy at times have affected parts of the Maltese Islands on Monday 15/07 and Tuesday 16/07. Just over 2.5 mm were measured in parts of Gozo, the wettest area this time round. That may seem negligible to many, but it is already far more than the July mean of 0.4 mm. 1.3 mm were measured at our weather station in Għarb. The temperature dipped to 22 C during the rain. That is almost 10 C lower than the average for this time of year, and on par with the average minimum temperature for this time of year. The last time rainfall was recorded in July was back in 2011. 2.1 mm were measured back then. It was in the form of an isolated shower similar to today’s. We’ve also had some severe weather events in July in the past. A case in point was on 18th July 2006, when an isolated thunderstorm affected the extreme northeast of Malta. There was heavy rainfall for about 2 hours. with accumulations of up to 50 mm in Marsascala. A waterspout was also seen over St.Thomas Bay during the thunderstorm.

Xita f’Lulju hija rari imma ġieli ġrat. Ħalbiet iżolati tax-xita li kienu qawwijin għal ftit ħin kultant affetwaw xi nħawi tal-Gżejjer Maltin it-Tnejn 15/07 u t-Tlieta 16/07. Ftit aktar minn 2.5 mm tkejjlu f’xi partijiet ta’ Għawdex, l-aktar parti milquta din id-darba. Dan l-ammont ta’ xita ma jfisser xejn għal ħafna, imma dan huwa diġa ferm aktar mill-medja għax xahar ta’ Lulju ta’ 0.4 mm. 1.3 mm kienu mkejjla fl-istazzjon tat-temp tagħna fl-Għarb. It-temperatura naqset drastikament. Din naqset għal 22 C, kważi 10 C anqas mill-medja għal dan iż-żmien tas-sena, u eżatt daqs il-medja tat-temperatura minima għax-xahar ta’ Lulju. L-aħħar darba li għamlet xita f’Lulju kien fl-2011. 2.1 mm kienu mkejjla dakinhar. Ix-xita kienet f’forma ta’ ħalba iżolata bħal tal lum. Kellna wkoll xi maltemp sever f’Lulju fil-passat. Eżempju ta’ dan kien fit-18 ta’ Lulju 2006, meta maltempata bir-ragħad iżolata ħakmet il-grigal estrem ta’ Malta. Dakinhar kellna xita qawwija għal xi sagħtejn, b’total ta’ madwar 50 mm f’Marsaskala. Tromba ta’ l-arja fuq il-baħar kienet osservata fyq il-Bajja ta’ San Tumas waqt il-maltempata.