After a long spell of southerly winds, high humidity and elevated real feels; things are about to take a turn for the better. The wind will turn Northwest in the early hours of Tuesday 03/09, and will remain so in the long-term. The Northwest wind will be moderate at times strong over the next couple of days. As a result, temperatures are set to decline. Highs are currently reaching 31 C. They will dip to below 30 C from Wednesday 04/09 onward. Nighttime lows are currently falling to 24 C. They will start dipping to 22 C from Wednesday 04/09 onward. Humidity levels will also decline. This will mean less suffocating air and lower real feel temperatures. The much-needed relief from the intense heat will be significant. With regards to rainfall, there is more to come. The chance of isolated showers will prevail till late on Thursday 05/09. Any isolated showers could be heavy and thundery at times. The chance of another thunderstorm remains, especially on Wednesday 04/09.

Wara firxa ta’ jiem b’riħ isfel, umdita’ għolja u real feels għoljin; l-affarijiet mistennija jinbidlu għal aħjar. Ir-riħ se jdur mill-Majjistral fis-siegħat bikrin tat-Tlieta 03/09, u se jibqa hekk fit-tul. Ir-riħ mill-Majjistral se jkun moderat għal qawwi fil-jiem li ġejjin. Minħabba dan, it-temperaturi se jonqsu. It-temperaturi massimi bħalissa qed ilaħħqu livelli ta’ 31 C. Dawn se jinżlu għal taħt it-30 C mill-Erbgħa 04/09 ‘il quddiem. L-anqas billejl bħalissa qed ikunu ta’ 24 C. Dawn se jinżlu għal 22 C mill-Erbgħa 04/09 ‘il quddiem. Il-livell ta’ l-umdita ukoll se jonqos. Dan  ifisser arja anqas suffokanti u real feels aktar baxxi. Is-soljev mis-sħana tant mixtieq se jkun jinħass sew. Fejn tikkonċerna xita, għad fadal aktar x’jiġi. Iċ-ċans ta’ ħalbiet iżolati tax-xita se jippersisti sa tard il-Ħamis 05/09. Dawn il-ħalbiet iżolati tax-xita jistgħu jkunu qawwijin u bir-ragħad kultant. Iċ-ċans ta’ maltempata bir-ragħad oħra jibqa, speċjalment nhar il-Erbgħa 04/09.