As forecast last week, a second wave of instability will be affecting our region in the first half of this week. In fact, it has already rained in several localities. This occurs as a trough of low pressure over the Gulf of Gabes will direct an unstable air mass across the central Mediterranean. Upon coming into contact with the warm sea around us, this unstable air mass will intensify and develop an area of showers and thunderstorms. This situation will prevail till late on Wednesday 11/09. Some showers, and at least one thunderstorm, are expected to affect the Maltese Islands. Isolated showers are possible at any time till late on Wednesday 11/09. These may be briefly heavy and thundery at times. A thunderstorm is possible at some point between late afternoon on Tuesday 10/09 and early morning on Wednesday 11/09. Heavy rain, strong winds and hail may accompany the thunderstorm, if it affects the Maltese Islands. In the event of the thunderstorm missing us, total rainfall will be in the region of 2.5 mm to 10 mm. In the event of the thunderstorm affecting us, total rainfall may exceed 25 mm. Further details about the potential thunderstorm will be given later.

Kif imbassar il-ġimgħa l-oħra, it-tieni mewġa ta’ instabbilta’ se tkun qed taffetwa ir-reġjun tagħna fl-ewwel nofs ta’ din il-ġimgħa. Filfatt, diġa għamlet xi xita f’numru ta’ lokalitajiet. Dan se jiġri hekk kif front ta’ pressjoni baxxa assoċjata ma’ sistema ta’ pressjoni baxxa fuq il-Golf ta’ Gabes se timbotta massa ta’ arja instabbli lejn iċ-ċentru tal-Mediterran. Hekk kif tiġi f’kuntatt mal-baħar sħun li hawn madwarna, din il-massa ta’ arja instabbli se tkun qed tintensifika u se tiżviluppa ħalbiet tax-xita u maltempati bir-ragħad. Din is-sitwazzjoni se tippersisti sa tard l-Erbgħa 11/09. Xi ħalbiet tax-xita, u possibilment anke maltempata bir-ragħad, mistennija jaffetwaw lill-Gżejjer Maltin. Ħalbiet iżolati tax-xita huma possibbli l-ħin kollu sa tard l-Erbgħa 11/09. Dawn jistgħu jkunu qawwijin u bir-ragħad għal ftit ħin. Il-maltempata bir-ragħad hija possibbli bejn tard wara nofsinhar tat-Tlieta 10/09 u kmieni filgħodu ta’ l-Erbgħa 11/09. Xita qawwija, riħ qawwi u xi silġ jistgħu jakkumpanjaw din il-maltempata, jekk din tolqot lill-Gżejjer Maltin. Jekk il-maltempata taqbiżna stennew minn 2.5 mm sa 10 mm ta’ xita. Jekk il-maltempata tolqotna, it-total ta’ xita jaf jaqbeż il-25 mm. Aktar dettalji dwar din il-maltempata jingħataw aktar tard.