It has been 20 days since the last significant rainfall (more than 1 mm over 24 hours). After a long dry spell, it appears that a little rain will finally be reaching the Maltese Islands. A weak low pressure system will traverse the central Mediterranean from early on Thursday 03/10 till late on Friday 04/10. The cooler air accompanying the system will cause local temperatures to decrease slightly. The cooler air will also clash with the warm sea locally, forming an area of isolated showers and thunderstorms. Some of these may affect parts of the Maltese Islands. The rainfall will be isolated, and as a result, some areas may remain completely dry. Total rainfall should not exceed 10 mm over the course of these 48 hours. Some fine desert sand may be deposited by the rain. The wind will be moderate from the Northwest on Thursday, before backing North on Friday.
Lately, we were inundated by messages asking if we are to expect severe thunderstorms or cold temperatures. We categorically deny this. It will be typical autumn weather.
Ilna diġa 20 jum minn l-aħħar xita sinifikanti (aktar minn 1 mm fi 24 siegħa). Wara waqfa twila ta’ nixfa, jidher li xi ftit xita għandha tmissna sa fl-aħħar. Sistema ta’ pressjoni baxxa dgħajfa se tgħaddi minn l-inħawi taċ-ċentru tal-Mediterran minn kmieni l-Ħamis 03/10 sa tard il-Ġimgħa 04/10. L-arja friska li se takkumpanja din is-sistema se twassal biex jonqsu daqsxejn it-temperaturi hawn Malta. Din l-istess arja friska se toħloq kuntrast mal-baħar sħun madwarna, u għandha twassal biex jiżviluppaw xi ħalbiet iżolati tax-xita u maltempati bir-ragħad. Xi wħud minn dawn jistgħu jaffetwaw partijiet mill-Gżejjer Maltin. Din ix-xita se tkun iżolata, u għalhekk, xi lokalitajiet tal-gżejjer jistgħu jibqgħu nexfin kumpletament. It-total ta’ xita mhux mistenni jaqbeż l-10 mm fuq medda ta’ 48 siegħa. Ix-xita taf tkun tal-ħamrija f’xi ħinijiet. Ir-riħ se jkun moderat mill-Majjistral il-Ħamis, u se jdur Tramuntana l-Ġimgħa.
Dan l-aħħar, irċivejna ħafna messaġġi jistaqsuna jekk huwiex minnu li għandna nistennew maltempati severi u temperaturi kesħin. Aħna niċħdu dan kategorikament. It-temp se jkun tipiku tal-ħarifa.
0 comments
Write a comment