Cool air from the north will slide over the warm sea locally, creating a weak zone of instability over the central Mediterranean. This unstable air mass should affect the Maltese Islands from late morning on Tuesday 15/10 till late morning on Wednesday 16/10. It should bring us some isolated showers possibly thundery at times. Total rainfall should not exceed 10 mm. The wind will be light from the South on Tuesday 15/10. It turns Northwest on Wednesday 16/10. The temperature will remain warm, with a 26 C / 27 C high and 19 C / 20 C low on both days. No severe weather is being anticipated.
Arja friska mit-tramuntana se tgħaddi minn fuq il-baħar sħun madwarna, u b’hekk mistennija tinħoloq żona dgħajfa ta’ instabbilta’. Din il-massa ta’ arja instabbli għandha taffetwa lill-Gżejjer Maltin minn tard filgħodu t-Tlieta 15/10 sa tard filgħodu l-Erbgħa 16/10. Din għandha ġġib magħha xi ħalbiet iżolati tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad kultant. It-total ta’ xita ma għandux jaqbeż 10 mm. Ir-riħ se jkun ħafif minn Nofsinhar nhar it-Tlieta 15/10. Dan għandu jdur Majjistral l-Erbgħa 16/10. It-temperatura se tibqa sħuna, bl-ogħla ta’ 26 C / 27 C u l-anqas ta’ 19 C / 20 C fil-jumejn li huma. Mhux qed nistennew maltemp qawwi.
0 comments
Write a comment