The Mediterranean Tropical-Like Cyclone (or Medicane) which struck the Maltese Islands with heavy rain and gale-force winds has moved towards the Balkans, where it will soon dissipate The atmosphere above the central Mediterranean will remain unstable, however. An area of low pressure over the western Mediterranean will make its way towards our region. This will bring further isolated showers throughout the rest of Wednesday 13/11 and Thursday 14/11. A few of these may be heavy at times. The next rainfall, following that of today and tomorrow, is expected on Monday 18/11. The wind will be moderate from the West till late on Thursday 14/11. It will turn South on Friday 15/11, and become strong again on Saturday 16/11. It will reach Force 7/8 at times again on Saturday 16/11. It wil decrease again on Sunday 17/11, and remain moderate into next week.

Il-Medigan li affetwa lill-Gżejjer Maltin b’xita qawwija u riħ b’qawwa ta’ riefnu issa resaq lejn il-Balkani, fejn daqt jisfaxxa fix-xejn. Minkejja dan, l-atmosfera fuq iċ-ċentru tal-Mediterran se tibqa waħda nstabbli. Arja bi pressjoni baxxa fuq il-punent tal-Mediterran se torqob lejna. Din se ġġib magħha aktar ħalbiet iżolati tax-xita matul il-bqija ta’ l-Erbgħa 13/11 u l-Ħamis 14/11. Uħud minn dawn jistgħu jkunu qawwijin kultant. Ix-xita li jmiss, wara dik ta’ llum u għada, hija mistennija t-Tnejn 18/11. Ir-riħ se jkun moderat mill-Punent sa tard il-Ħamis 14/11. Dan idur Nofsinhar il-Ġimgħa 15/11, u jerġa jitqawwa s-Sibt 16/11. Għandu jilħaq Forza 7/8 mill-ġdid f’xi ħinijiet nhar is-Sibt 16/11. Ir-riħ jerġa jonqos il-Ħadd 17/11, u jibqa moderat sa kmieni l-ġimgħa d-dieħla.