A cold night lies ahead for the Maltese Islands. In fact, it will be the coldest since February. This is due to clear skies and light winds under anticyclonic conditions. In the cooler months, calm and clear conditions allow heat to be lost from the surface of the Earth to space by radiation. This allows temperatures to fall steadily. As the stable air near to the ground cools, it can become saturated. Saturation leads to the development of mist and fog. For this reason, we urge you to express caution on the road. Patches of dense fog are possible across inland areas. Temperatures will fall to around 10 C tonight, possibly lower across inland areas. Coastal areas tend to be warmer than inland areas, since the warm sea moderates temperatures there.
Lestu għal lejl kiesaħ. Filfatt, dan jista jkun l-aktar lejl kiesaħ sa minn Frar li għadda. Dan minħabba sema ċar u riħ ħafif ħafna taħt kundizzjonijiet antiċikloniċi. Fix-xhur xitwin, sema ċar u riħ ħafif ħafna jgħin biex is-sħana qrib l-art tintilef lejn l-ispazju. Din twassal biex it-temperatura tonqos sew. Hekk kif l-arja stabbli qrib l-art tiksaħ, din kapaċi tilħaq stat ta’ saturazzjoni. Arja saturata twassal għal iżvilupp ta’ ċpar. Għal din ir-raġuni, se navżawkom biex tkun ferm aktar kawtela fit-triq. Irqajja ta’ ċpar dens jista jifforma f’inħawi lejn iċ-ċentru tal-gżejjer. It-temperaturi billejl għandhom jinżlu sa 10 C, possibilment anqas f’inħawi ċentrali. Inħawi tul il-kosta għandhom tendenza li jkunu ferm anqas kesħin minn inħawi entrali, minħabba l-effett tal-baħar.
0 comments
Write a comment