The past few weeks have brought with them a number of days with blood rain. Finally, the latest long-term maps have continued to confirm what we were expecting. An area of high pressure will cover the central Mediterranean. This should ensure a lengthy dry spell that will last into the foreseeable future. Long days of uninterrupted bright sunshine lie ahead. The wind till late on Sunday 03/05 will be a strong Northwest. This will die down next week. A gradual rise in temperatures is also anticipated. Highs may touch the 30°C mark for the first time this year by mid-May. We are confident in this forecast, and are therefore assuring you that any cleaning done today should last for some time.

Dawn l-aħħar ftit ġimgħat ġabu magħhom jiem ta’ xita tal-ħamrija. Sa fl-aħħar, il-mapep fit-tul qed jikkonfermaw dak li konna qed nistennew. Roqgħa ta’ arja bi pressjoni għolja se tinfirex madwar iċ-ċentru tal-Mediterran. Din se tiżgura perjodu ta’ nixfa fit-tul. Għandna quddiemna jiem twal ta’ xemx. Ir-riħ sa tard nhar il-Ħadd 03/05 se jkun qawwi mill-Majjistral. Dan jikkalma l-ġimgħa li ġejja. It-temperaturi se jibdew telgħin ukoll. Filfatt, dawk massimi jafu jilħqu l-livell ta’ 30°C għal-ewwel darba din is-sena lejn nofs Mejju. Aħna ninsabu kunfidenti f’dan it-tbassir, u għalhekk nistgħu ngħidulkom li kull tindif li jsir illum għandu jservi fit-tul.