The weather forecast for Wednesday 27/05 has changed quite a bit. As expected, an inflow of cold air in the upper levels of the atmosphere has reached the central Mediterranean. This is stronger than initially predicted, however. Colder air in the upper levels of the atmosphere increases instability. This is because colder air aloft encourages the warmer air at ground level to rise. This vertical movement leads to the condensation of water vapour and thus the formation of clouds. On days with light winds, like this week, this upward movement of air is uninterrupted. As a result, clouds could are able to reach more substantial sizes. In this case, rain may occur. In fact, shower will likely occur in places on Wednesday 27/05. The rain will not deposit fine desert sand either. These clouds often dissipate by evening, as energy received from the sun dwindles.
It-tbassir tat-temp għal Erbgħa 27/05 imbidel ftit mhux hażin. Kif mistenni, massa ta’ arja kiesħa fil-livelli għoljin ta’ l-atmosfera laħqet iċ-ċentru tal-Mediterran. Din hija aktar b’saħħitha minn kemm kien mistenni, pero’. Arja kiesħa fil-livelli għoljin ta’ l-atmosfera toħloq instabbilita’. Dan minħabba li arja friska fil-għoli twassal biex arja sħuna qrib l-art tibda tiela ‘l fuq. Dan il-moviment vertikali ta’ arja jwassal għal kondensazzjoni ta’ fwar u konsegwenza ta’ dan, il-formazzjoni ta’ sħab. F’jiem b’riħ ħafif, bħal din il-ġimgħa, l-arja titla ‘l fuq fl-atmosfera bla interuzzjoni. Riżultat ta’ dan, is-sħab jista jilħaq daqs sostanzjali. F’dan il-każ, tista tagħmel ix-xita. Filfatt, teżisti l-possibilita’ ta’ xi ħalba jew tnejn xita. Ix-xita mhux se tkun tal-ħamrija. Sħab ta’ dan it-tip normalment jisfaxxa fix-xejn sa filgħaxija, hekk kif is-sħana li jkun irċieva mix-xemx tintilef.
0 comments
Write a comment