ENGLISH/INGLIŻ

A cold front that will traverse the central Mediterranean on Tuesday 27/10 will bring what is likely to be the final episode of bad weather for this month. The warm sea locally will clash with the incoming cold air to create a zone of instability. This zone of instability will be centred over the Ionian Sea. Its edges will cover the Maltese Islands. A series of showers possibly heavy and thundery at times are likely from time to time on Tuesday 27/10. The national average is expected to be within 5 mm to 20 mm. Residual showers will then prevail into Wednesday 28/10. Another effect of this cold front will be a strong Mistral. The wind will turn Northwest by morning on Tuesday and increase gradually as the day progresses. It will be strongest from late evening on Tuesday till late morning on Wednesday. Maximum speeds should reach Force 7. The wind should decline on Thursday 29/10. Both Tuesday and Wednesday will be noticeably cooler.

 

MALTI / MALTESE

Front kiesaħ li se jgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta 27/10 se jkun qed iġib miegħu l-aħħar episodju ta’ maltemp għal dan ix-xahar. Massa ta’ arja kiesħa se tkun imbuttata fuq il-baħar sħun ta’ madwarna biex b’hekk tinħoloq żona ta’ instabilita. Din iż-żona ta’ instabilita se tkun iċċentrata fuq il-Baħar Jonju. It-truf tagħha mistenni jgħatti l-Gżejjer Maltin. Numru ta’ ħalbiet tax-xita possibilment qawwija u bir-ragħad kultant mistennija minn ħin għal ieħor nhar it-Tlieta 27/10. Il-medja nazzjonali mistennija tkun ta’ bejn 5 mm u 20 mm. Ħalbiet tax-xita residwi se jkomplu matul il-jum ta’ l-Erbgħa 28/10. Effett ieħor ta’ dan il-front kiesaħ se jkun riħ qawwi mill-Majjistral. Ir-riħ se jdur Majjistral mit-Tlieta filgħodu u jżid bilmod matul il-jum. Dan se jkun l-aktar qawwi minn tard filgħaxija tat-Tlieta sa tard filgħodu l-Erbgħa. Ir-riħ se jilħaq Forza 7. Dan se jonqos għal Ħamis 29/10. Kemm it-Tlieta kif ukoll l-Erbgħa se jkunu ferm aktar friski.