ENGLISH/INGLIŻ

Rainfall totals over the past few days have ranged from a poor 9.2 mm in Valletta to a more generous 33.8 mm in Għarb.

Now, according to the latest weather maps, the meteorological situation across the central Mediterranean will remain unstable for longer than initially expected. A prevalent easterly wind will continue advecting moist air towards our area. This will continue to clash with the colder air brought about by last weekend’s low pressure system. As a result, showers will continue developing around our islands. Whilst rain is possible any time, the next round of showers is likely from later in the day on Wednesday 25/11 till early in the day on Friday 27/11. Once again, although some showers will be heavy and with hail at times, they will be relatively isolated. As a result, they will only affect a handful of localities at a time. Meanwhile, a low pressure system will form over Algeria and migrate towards the central Mediterranean. This will affect us over the weekend, with the possibility of a strong to very strong wind from the South to Southwest. This separate system may bring further rain on Saturday 28/11 and Sunday 29/11. More information about these will be given in a separate update.

 

MALTI / MALTESE

It-total ta’ xita fl-aħħar jiem varja minn livell fqir ta’ 9.2 mm fil-Belt Valletta sa ammont aktar ġeneruż ta’ 33.8 mm fl-Għarb.

Issa, skont l-aħħar aġġornament tal-mapep tat-temp, jidher li s-sitwazzjoni meteoroloġika fiċ-ċentru tal-Mediterran se tibqa nstabbli għal żmien itwal minn li kien mistenni. Riħ persistenti mill-Lvant se jkompli jġib miegħu arja umduża lejna. Din se tkompli tiltaqgħa ma’ arja kiesħa mit-tramuntana li nġabet mis-sistema ta’ pressjoni baxxa li ħakmitna matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Riżultat ta’ dan nistennew li jkompli jiżviluppa aktar maltemp madwarna. Filwaqt li x-xita tibqa possibbli minn ħin għal ieħor, jidher li l-perjodu li jmiss ta’ xita se jmissna l-aktar bejn tard l-Erbgħa 25/11 u kmieni l-Ġimgħa 27/11. Għal darb’oħra, għalkemm xi ħalbiet tax-xita se jkunu qawwijin u bis-silġ kultant, dawn se jkunu relattivament iżolati. Għalhekk, dawk se jaffetwaw ftit lokalitajiet kull darba. Sadattant, sistema ta’ pressjoni baxxa se tiżviluppa fuq l-Alġerija u testendi lejn iċ-ċentru tal-Mediterran. Din se taffetwana fi tmiem il-ġimgħa, meta se jkun hemm potenzjal ta’ riħ qawwi jew qawwi ħafna minn Nofsinhar għal Lbiċ. Din l-istess sistema taf iġġib magħha wkoll aktar xita matul il-jiem tas-Sibt 28/11 u l-Ħadd 29/11. Aktar dettalji dwar dawn ta’ l-aħħar jinħarġu f’aġġornament separat.