ENGLISH/INGLIŻ

A low pressure system of north African origin will move across the central Mediterranean this weekend. Whilst it will bring unsettled weather on both Saturday 28/11 and Sunday 29/11, the weather conditions will be noticeably different between the two days.

Saturday 28/11: We’re expecting a variably to mostly cloudy sky with the possibility of a few isolated showers. Rainfall amounts will be low. The wind from the Southeast will increase to Force 5/6 at times 7 on occasion during the day. It will slowly shift Southwest. Being of north African origin, the low pressure system will bring abundant airborne fine desert sand to our skies. As a result, we’re expecting the air to be hazy at times. Any rain will deposit copious amounts of desert sand too.

Sunday 29/11: We’re expecting a partly to variably to mostly sky with the possibility of a few isolated showers. Cooler air from the north will reach us at some point during the day. It will likely clash with the warm and humid air brought about by the strong southeasterly wind on the previous day. This may lead to the formation of a thunderstorm with heavy rain, although this cannot be confirmed just yet. More details about this will be given as the situation develops. In the event of a thunderstorm, rainfall amounts may be generous. The Southwest wind will continue reaching Force 5/6 throughout the day on Sunday, as it gradually shifts Northwest. This will clear away the airborne fine desert sand. In the event of a thunderstorm, the rain will be clean.

Fine weather will return to the Maltese Islands on Monday 30/11, with mainly sunny or partly cloudy skies being anticipated. The wind will gradually die down.

 

MALTI / MALTESE

Sistema ta’ pressjoni baxxa minn l-Afrika ta’ fuq se tgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran fi tmiem din il-ġimgħa. Filwaqt li din se ġġib magħha maltemp kemm is-Sibt 28/11 kif ukoll il-Ħadd 29/11, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi se jvarjaw kemmxejn minn jum għal ieħor.

Is-Sibt 28/11: Nistennew sema varjabbilment għal biċċa l-kbira msaħħab bil-possibilita ta’ ftit ħalbiet iżolati tax-xita. L-ammont ta’ xita se jkun baxx. Ir-riħ mix-Xlokk se jżid għal Forza 5/6 kultant 7 f’xi ħinijiet matul il-jum. Aktar tard, ir-riħ jibda jdur bilmod Lbiċ. Peress li dan il-maltemp se jkun oriġina fuq id-deżert, l-ajru se jġorr miegħu ramel fin lejna. Riżultat ta’ dan, l-arja se tkun imdaħħna. Ix-xita li tagħmel se tkun tal-ħamrija.

Il-Ħadd 29/11: Nistennew sema ftit jew varjabbilment imsaħħab bil-possibilita ta’ ftit ħalbiet iżolati tax-xita. Arja friska mit-tramuntana se tilħaqna f’xi ħin matul il-jum. Din mistennija li toħloq kuntrast qawwi ma’ l-arja sħuna u umda li se jkun ġab miegħu r-riħ mix-Xlokk fil-jum ta’ qabel. Dan il-kuntrast jista jwassal għal maltempata bir-ragħad b’xita qawwija. Dan għadu ma jistax jiġi kkonfermat għal issa, pero. Aktar dettalji jingħataw kif tiżviluppa s-sitwazzjoni. F’każ ta’ maltempata bir-ragħad għandna nistennew ammonti ta’ xita ġenerużi. Ir-riħ mill-Lbiċ se jibqa jilħaq Forza 5/6 matul il-jum kollu tal-Ħadd, filwaqt li jdur bilmod Majjistral. Dan se jnaddaf l-arja mir-ramel fin. F’każ ta’ maltempata bir-ragħad, ix-xita tkun nadifa.

Temp sabiħ jirritorna lejn il-Gżejjer Maltin nhar it-Tnejn 30/11, b’sema l-biċċa l-kbira xemxi jew ftit imsaħħab. Ir-riħ jonqos bilmod ukoll.