ENGLISH/INGLIŻ

The formation of an intense low pressure system over the Gulf of Genoa will maintain a strong Mistral wind across the central Mediterranean. The wind will be strong to very strong at times till late on Thursday 14/1. The wind increases substantially prior to and during isolated showers. Isolated showers will be possible at any time.

 

Tuesday 12/1  – Northwest Force 6 to 7 (with gusts of up to Force 8)

Wednesday 13/1 – Northwest Force 6 to 7 (with gusts of up to Force 8)

Thursday 14/1 – Northwest to West Northwest Force 7 to 8 (with gusts of up to Force 9)

 

The peak gusts will blow across the Maltese Islands in the afternoon on Thursday 14/1, when they could reach Force 9 across exposed areas. The sea will be rough to very rough at times with a significant wave height of 4 meters from the Northwest in peak gusts. The swell will be a low to moderate Northwest. The map below indicates the stretch of coastline most exposed to this strong wind and rough sea. It is worth noting that the channel between Malta and Gozo is not directly exposed to a wind of this strength. Whilst the sea there will still be rough, it should not be in any way exceptional.

The wind should veer East on Friday 15/1. It will continue reaching Force 6 at times. Whilst Saturday 16/1 will be calmer, further strong winds will be possible on Sunday 17/1.

 

 

MALTI / MALTESE

L-iżvilupp ta’ sistema ta’ pressjoni baxxa intensa fuq il-Golf ta’ Genoa se tkompli żżomm riħ qawwi mill-Majjistral madwar iċ-ċentru tal-Mediterran. Ir-riħ se jkun qawwi għal qawwi ħafna kultant sa tard il-Ħamis 14/1. Ir-riħ jitqawwa sew qabel u waqt ħalbiet iżolati tax-xita. Ħalbiet iżolati tax-xita se jkunu possibli minn ħin għal ieħor.

 

It-Tlieta 12/1 – Majjistral Forza 6 għal 7 (b’buffuri sa Forza 8)

L-Erbgħa 13/1 – Majjistral Forza 6 għal 7 (b’buffuri sa Forza 8)

Il-Ħamis 14/1 – Majjistral għal Punent Majjistru Forza 7 għal 8 (b’buffuri sa Forza 9)

 

Il-buffuri l-aktar qawwija se jaħkmu l-Gżejjer Maltin matul wara nofsinhar tal-Ħamis 14/1, meta dawn se jilħqu Forza 9 fl-inħawi l-aktar esposti. Il-baħar se jkun qawwi għal qawwi ħafna kultant b’mewġ għoli 4 metri mill-Majjistral fl-aktar buffuri intensi. L-imbatt se jkun baxx għal moderat Majjistral. Il-mappa ta’ hawn taħt tindika l-inħawi tal-kosta l-aktar esposti għal dan ir-riħ qawwi u mewġ għoli. Ta’ min jinnota li riħ  Majjistral għal Punent Majjistru ta’ din il-qawwa ma jaħkimx il-fliegu ta’ bejn Malta u Għawdex b’mod dirett. Għalkemm il-baħar xorta waħda jkun qawwi, mhu nistennew xejn straordinarju

Ir-riħ għandu jdur Lvant il-Ġimgħa 15/1. Dan se jibqa jilħaq Forza 6 kultant. Għalkemm is-Sibt 16/1 se jkun jum aktar kalm, aktar riħ qawwi huwa possibli l-Ħadd 17/1.