ENGLISH/INGLIŻ

A cold front associated with an intense low pressure system over the Tyrrhenian Sea will traverse the central Mediterranean on the evening of Sunday 17/1. A ridge of high pressure will develop over France. This contrast will generate a brief gale from the West Northwest across the central Mediterranean. This warning is valid from 15:00 on Sunday 17/1 till 09:00 on Monday 18/1. The warning will be updated when and if necessary. The details below describe how the situation will develop over this time period:

 

Sunday 17/1 

15:00 to 18:00 – West Force 5 to 6

18:00 to 21:00 – West Force 6 to 7 (with gusts of up to Force 8)

21:00 to 00:00 – West Force 7 (with gusts of up to Force 8)

Monday 18/1

00:00 to 03:00 – West to West Northwest Force 7 (with gusts of up to Force 8)

03:00 to 06:00 – West Northwest Force 6 to 7 (with gusts of up to Force 8)

06:00 to 09:00 – West Northwest Force 5 to 6

 

The peak gusts will blow across the Maltese Islands around midnight, when they could reach Force 8 (possibly Force 9) at times across exposed areas of the Maltese Islands. The sea will be very rough, with wave heights of up to 5.5 metres in peak gusts. The swell will be a moderate to low Northwest during the day on Monday 18/1. The map shows the coast most exposed to this strong wind and rough sea. Isolated showers will accompany the strong winds.

The West Northwest wind will decline to Force 5 in the morning on Monday 18/1, before veering Northeast and decreasing further to become Calm by evening on Monday 18/1.

 

MALTI / MALTESE

Front kiesaħ abbinat ma’ sistema intensa ta’ pressjoni baxxa fuq il-Baħar Tirren se tgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran matul filgħaxija tal-Ħadd 17/1. Firxa ta’ pressjoni għolja se tiżviluppa fuq Franza. Dan il-kuntrast se joħloq riefnu mill-Punent Majjistru, madwar iċ-ċentru tal-Mediterran, li se jdum biss ftit siegħat. Din it-twissija se tkun fis-seħħ minn 15:00 tal-Ħadd 17/1 sa 09:00 tat-Tnejn 18/1. Din it-twissija tkun aġġornata x’ħin u jekk ikun hemm bżonn. Id-dettalji ta’ hawn taħt jindikaw kif se tkun qed tiżviluppa din is-sitwazzjoni matul il-ħin imsemmi:

 

Il-Ħadd 17/1 

15:00 sa 18:00 – Punent Forza 5 għal 6

18:00 sa 21:00 – Punent Forza 6 għal 7 (b’buffuri sa Forza 8)

21:00 sa 00:00 – Punent Forza 7 (b’buffuri sa Forza 8)

It-Tnejn 18/1

00:00 sa 03:00 – Punent għal Punent Majjistru Forza 7 (b’buffuri sa Forza 8)

03:00 sa 06:00 – Punent Majjistru Forza 6 għal 7 (b’buffuri sa Forza 8)

06:00 sa 09:00 – Punent Majjistru Forza 5 għal 6

 

Il-buffuri l-aktar qawwija se jolqtu lill-Gżejjer Maltin madwar nofsillejl, u jafu jilħqu sa Forza 8 (possibilment Forza 9) kultant fl-inħawi l-aktar esposti tal-Gżejjer Maltin. Il-baħar se jkun imqalleb ħafna, b’mewġ għoli 5.5 metri fil-buffuri l-aktar qawwija. L-imbatt se jkun moderat għal baxx mill-Majjistral matul il-jum tat-Tnejn 18/1. Il-mappa ta’ hawn taħt turi l-kosta l-aktar esposta għal dan ir-riħ qawwi u baħar imqalleb. Xi ħalbiet iżolati tax-xita se jakkumpanjaw dan ir-riħ qawwi.

Ir-riħ mill-Punent Majjistru se jonqos għal Forza 5 matul filgħodu tat-Tnejn 18/1, qabel ma jdur Grigal u jonqos aktar biex isir Kalm matul filgħaxija tat-Tnejn 18/1.