ENGLISH/INGLIŻ

An intense low pressure system over central Italy will migrate towards the eastern Mediterranean. Meanwhile, an anticyclone over Germany will expand south towards the wester Mediterranean. The contrast between the two will generate a strong Northwest to Northeast wind. This strong wind warning is valid from 18:00 on Saturday 13/2 till 09:00 on Sunday 14/2.

 

Saturday 13/2 

18:00 to 21:00 – West Northwest Force 6

21:00 to 00:00 – West Northwest Force 6 to 7 (with gusts of up to Force 8)

Sunday 14/2

00:00 to 03:00 – West Northwest to North Northwest Force 7 (with gusts of up to Force 8)

03:00 to 06:00 – North Northwest to Northeast Force 7 to 6 (with gusts of up to Force 8)

06:00 to 09:00 – Northeast Force 6

 

The peak gusts will blow across the Maltese Islands just after midnight on Sunday 14/2, when they will reach Force 8 across exposed areas of the Maltese Islands. The sea will be rough to very rough at times with a significant wave height of 4.5 meters from the Northwest in peak gusts. The swell will be a low Northwest during the strong wind, but will become a moderate Northeast during the day. The map below indicates the stretch of coastline most exposed to the rough sea generated by this strong wind and the moderate swell that will follow.

The Northeast wind will continue being strong at times throughout the first half of next week.

 

 

MALTI / MALTESE

Sistema ta’ pressjoni baxxa intensa fuq iċ-ċentru ta’ l-Italja se tersaq lejn il-lvant tal-Mediterran. Fl-istess waqt, antiċiklun fuq il-Ġermanja se jespandi lejn in-nofsinhar u jgħatti l-punent tal-Mediterran. Dan il-kuntrast se jwassal għal riħ qawwi mill-Majjistral għal Grigal. Din it-twissija ta’ riħ qawwi se tkun fis-seħħ minn 18:00 tas-Sibt 13/2 sa 09:00 tal-Ħadd 14/2.

 

Is-Sibt 13/2 

18:00 sa 21:00 – Punent Majjistru Forza 6

21:00 sa 00:00 – Punent Majjistru Forza 6 għal 7 (b’buffuri ta’ Forza 8)

Il-Ħadd 14/2

00:00 sa 03:00 – Punent Majjistru għal Majjistral it-Tramuntana Forza 7 (b’buffuri ta’ Forza 8)

03:00 sa 06:00 – Majjistral it-Tramuntana għal Grigal Forza 7 għal 6 (b’buffuri ta’ Forza 8)

06:00 sa 09:00 – Grigal Forza 6

 

Il-buffuri l-aktar qawwija se jaħkmu l-Gżejjer Maltin eżatt wara nofsillejl tal-Ħadd 14/2, meta dawn se jilħqu Forza 8 fl-inħawi l-aktar esposti. Il-baħar se jkun qawwi għal qawwi ħafna kultant b’mewġ għoli 4.5 metri mill-Majjistral fl-aktar buffuri intensi. L-imbatt se jkun baxx Majjistral fir-riħ qawwi, imbagħad isir moderat Grigal matul il-jum. Il-mappa ta’ hawn taħt tindika l-inħawi tal-kosta l-aktar esposti għal mewġ għoli ġġenerat minn dan ir-riħ qawwi u l-imbatt moderat li se jsegwih.

Ir-riħ mill-Grigal se jibqa jkun qawwi kultant sa minn ta’ l-anqas l-ewwel nofs tal-ġimgħa li ġejja.