ENGLISH/INGLIŻ

Apologies for keeping you waiting till the evening for an update about the unstable weather we’re expecting on Thursday 25th November. We’ve heard so much about it. Some even went as far as predicting the apocalypse. Our interpretation of weather charts, which is always based on science, indicates that the bad weather we’re expecting across the Maltese Islands should be seasonal and NOT extraordinarily severe. An area of low pressure will develop around the central Mediterranean, bringing warm, humid air from the south over cool, dry air locally. The atmosphere above our region will be destabilized, leading to the development of an area of showers and thunderstorms. The most intense stormy weather will be centered over the Ionian Sea, far away from the Maltese Islands. Locally, we’re expecting rain, which may be continuous at times. This will be heavy and thundery at times. Wind speed may increase ahead of thundery showers. Some hail is possible, but this should be small in size. DESPITE THIS, as we’ve ALWAYS said, we advise you to follow basic precautions, such as not leaving vehicles parked in areas prone to flooding. Rain is possible at all times on Thursday 25/11. The weather will clear up by dawn on Friday 26/11.

 

MALTI / MALTESE

Niskużaw ruħna li ħalljenikom tistennew sa filgħaxija għal aġġornament rigward it-temp instabbli li qed nistennew għal matul il-jum tal-Ħamis 25 ta’ Novembru. Smajna ħafna dwaru dan. Hemm min saħansitra bassar l-aħħar tad-dinja. L-interpretazzjoni tagħna tal-mapep tat-temp, li hija dejjem ibbażata fuq ix-xjenza, ma tindikax dan kollu. Qed nistennew li l-Gżejjer Maltin jesperjenzaw maltemp staġġjonali, u mingħajr severita’ straordinarja. Żona nstabbli se tiżviluppa madwar iċ-ċentru tal-Mediterran. Din se tlaqqa arja sħuna u umda minn fuq l-Afrika ta’ fuq ma’ l-arja friska u niexfa li hawn madwarna  L-atmosfera ta’ madwarna se tiddistabiliżża ruħha, u b’hekk twassal biex tiżviluppa żona b’ħalbiet tax-xita u maltempati bir-ragħad. Il-maltemp l-aktar sever mistenni li jkun iffukat fuq il-Baħar Jonju, lil hinn mill-Gżejjer Maltin. Lokalment qed nistennew xita, li tista tkun kontinwa kultant. Din se tkun qawwija u bir-ragħad kultant. Ir-riħ kapaċi jitqawwa qabel xi ħalbiet tax-xita bir-ragħad. Teżisti l-possibilita’ ta’ xi silġ ukoll, għalkemm dan mistenni li jkun żgħir fid-daqs. MADANKOLLU, kif DEJJEM għidna, wieħed għandu jsegwi prekawzjonijiet bażiċi, bħal li ma tħallux vetturi f’inħawi magħrufa għal ilma li jgħaddi minnhom. Ix-xita se tkun possibbli matul il-jum kollu tal-Ħamis 25/11. It-temp se jiċċara minn sbieħ il-jum tal-Ġimgħa 26/11.