ENGLISH/INGLIŻ

The anticyclone that has characterized our weather for the past month will weaken and retreat south. Low pressure will take its place, bring instability to the central Mediterranean for at least a week. This may be extended as days progress. The Maltese Islands should be affected in several ways, starting on Friday 7th January.

Temperature: The colder air infiltrating the Mediterranean will lower temperatures substantially. Temperatures will be at or below average for much of the coming week. Over the coming week, maximum temperatures will be at an of average of 12°C to 14°C, whilst minimum temperature will be in the region of 7°C to 9°C. Real feels will be colder at times, particularly in strong winds.

Wind: The Northwest to West Northwest wind will be strong to very strong at times, reaching up to at least Force 6 at some point on all days. It will be at its strongest at the start of next week. The wind will increase substantially prior to and during any showers. The sea will be rough to very rough at times with a significant wave height of 4 meters from the Northwest in peak gusts.

Rainfall: A series of showers will occur from time to time, with at least some rain likely on all days. Some showers may be heavy, thundery and with hail at times. Substantial amounts of rainfall are likely. Rain will be clean.

Updates will follow when and if necessary.

MALTI / MALTESE

L-antiċiklun li ddomina t-temp tal-Gżejjer Maltin għal dan l-aħħar xahar se jiddgħajjef u jersaq l’hemm. Pressjoni baxxa se tieħu postu, u se ġġib temp instabbli lejn iċ-ċentru tal-Mediterran għal minn ta’ l-anqas ġimgħa. Dan jaf ikun estiż maż-żmien. Il-Gżejjer Maltin għandhom ikunu affetwat f’diversi modi, mill-Ġimgħa 7 ta’ Jannar.

Temperatura: L-arja kiesħa li se tippenetra l-Mediterran kaġun ta’ din il-pressjoni baxxa se twaqqa t-temperaturi b’mod sostanzzjali. It-temperaturi se jkun mal-medja jew ftit anqas għal biċċa l-kbira ta’ din il-ġimgħa. Matul is-sebat ijiem li ġejjin, l-ogħla se tkun mal-medja ta’ 12°C sa 14°C, filwaqt li l-anqas se tkun fir-reġjun ta’ 7°C sa 9°C. It-temperaturi se jinħassu ferm anqas ukoll bir-riħ qawwi.

Riħ: Ir-riħ mill-Majjistral għal Punent Majjistru se jkun qawwi għal qawwi ħafna kultant, u mistenni jilħaq minn ta’ l-anqas Forza 6 f’xi ħin fil-jiem li ġejjin kollha. Mistenni li jkun l-aktar qawwi lejn il-bidu tal-ġimgħa li ġejja. Ir-riħ jitqawwa sew qabel u matul ħalbiet tax-xita. Il-baħar se jkun qawwi għal qawwi ħafna kultant b’mewġ għoli 4 metri mill-Majjistral fl-aktar buffuri intensi.

Xita: Numru ta’ ħalbiet tax-xita se jmissuna minn ħin għal ieħor, b’kull jum mistenni li jara xi xita f’xi ħin. Xi ħalbiet jistgħu jkunu qawwijin, bir-ragħad u bis-silġ kultant. Qed nistennew ammont sostanzzjali ta’ xita. Ix-xita se tkun nadifa.

Aġġornamenti se jsegwu meta u kif ikun bżonn.