ENGLISH/INGLIŻ

An area of high pressure will build up across eastern Europe. Troughs of lower pressure will characterize the Mediterranean region. This meteorological setting will create flows of cold air from eastern Europe towards the central Mediterranean. Starting from Sunday 27/2, temperatures in the Maltese Islands will be colder than the average for this time of year. We’re expecting daytime highs of 13°C to 15°C and nighttime lows of 7°C to 9°C. Temperatures will feel colder, particularly in episodes of strong wind. Whilst sunshine will be plentiful, a few isolated showers should be possible next week, particularly on Monday 28/2 and Tuesday 1/3. Long-term models indicate the possibility of cooler than average weather for March. Tuesday 1/3 is the start of meteorological spring.

 

MALTI / MALTESE

Firxa ta’ pressjoni għolja se tiżviluppa madwar il-lvant ta’ l-Ewropa. Fl-istess waqt, irqajja ta’ arja bi pressjoni baxxa se jkunu qed jiċċirkolaw il-Mediterran. Din is-sitwazzjoni meterjoloġika se toħloq kurrenti li se jġibu arja kiesħa minn fuq il-lvant ta’ l-Ewropa lejn iċ-ċentru tal-Mediterran. Minn nhar il-Ħadd 27/2, it-temperaturi fil-Gżejjer Maltin se jkunu aktar kesħin mill-medja ta’ dan iż-żmien tas-sena. Qed nistennew temperaturi massimi ta’ 13°C sa 15°C u temperaturi minimi ta’ 7°C sa 9°C. It-temperaturi se jinħassu aktar kesħin, partikolarment meta jonfoħ ir-riħ. Se nesperjenzaw jiem b’sigħat twal ta’ xemx, għalkemm għandna nistennew xi ħalbiet iżolati tax-xita kultant, speċjalment nhar it-Tnejn 28/2 u t-Tlieta 1/3. Il-mudelli tat-temp fit-tul qed jindikaw possibilita’ li t-temperaturi matul Marzu jkunu aktar friski minn normal. Nhar it-Tlieta 1/3 nagħtu bidu għar-rebbiegħa meterjoloġika.