ENGLISH/INGLIŻ
The sunny start to Holy Week will soon fade away, unfortunately. A low pressure system will develop over the Sahara Desert by Tuesday 12/4. This will migrate to the central Mediterranean, intensifying as it does so. This will bring another bout of Sahara Desert weather from Tuesday 12/4 through to early on Sunday 17/4.
Weather: The sky will be cloudy to overcast. The air will be hazy due to airborne fine desert sand. A few drops of rain may occur from time to time. A chance for isolated showers exists for Saturday 16/4. Any rain will deposit fine desert sand.
Wind: The wind shifts East on Monday 11/4. It will increase gradually over the next couple of days, before peaking from around noon on Thursday 14/4 till early evening on Saturday 16/4. Gusts could reach up to Force 8 then, and the wind may back slightly to the Northeast at times. The sea will be rough to very rough at exposed coasts. A detailed advisory will be posted at a closer date.
Will it be better on Easter Sunday? Yes, a ridge of high pressure could extend towards the central Mediterranean from the Balkans by Sunday 17/4. It appears that this could bring an improvement in weather conditions. Pockets of bright sunshine, a warmer temperature and a lighter wind that shifts to the Northwest could all be possible on Sunday. This will be confirmed as the week progresses.
Being Holy Week, a special 3-hourly forecast for the following day will be posted early every evening. This will be done for Good Friday and Easter Sunday.
MALTI / MALTESE
Sfortunatament, il-bidu sabiħ għall-Ġimgħa Mqaddsa daqlwaqt jisfaxxa. Sistema ta’ pressjoni baxxa se tiżviluppa fuq id-Deżert tas-Sahara nhar it-Tlieta 12/4. Din mistennija tersaq bilmod lejn iċ-ċentru tal-Mediterran u tissaħħaħ. Magħha se ġġib episodju ieħor ta’ temp sinonimu mad-deżert mit-Tlieta 12/4 sa kmieni l-Ħadd 17/4.
Temp: Is-sema se jkun imsaħħab għal ċlampu. L-arja se tkun imdaħħna minħabba trab fin fl-arja. Xi taqtir tax-xita jista jolqotna kultant minn ħin għall-ieħor. Ikun hemm ċnas ta’ xi ħalbiet iżolati tax-xita nhar is-Sibt 16/4. Ix-xita se tkun tal-ħamrija.
Riħ: Ir-riħ se jaqleb Lvant illum it-Tnejn 11/4. Dan se jisaħħaħ gradwalment fil-jiem li ġejjin, qabel ma jilħaq il-qofol tiegħu minn madwar nofsinhar tal-Ħamis 14/4 sa kmieni filgħaxija tas-Sibt 16/4. Xi buffuri se jilħqu Forza 8 matul dak il-ħin, u r-riħ jaf jaqleb ftit mill-Grigal kultant ukoll. Il-baħar se jkun imqalleb għal imqalleb ħafna fejn jaqleb. Twissija dettaljata toħroġ aktar tard.
Għandna nistennew temp aħjar għal Jum l-Għid il-Kbir? Iva, jidher li firxa ta’ pressjoni għolja se testendi lejn iċ-ċentru tal-Mediterran minn fuq il-Balkani matul il-jum tal-Ħadd 17/4. Din tista ġġib xi forma ta’ kambjament fit-temp. Xi waqtiet xemxin, temperatura aktar sħuna u riħ ħafif li jaqleb mill-Majjistral huma possibbli għal jum tal-Ħadd. Dan nikkonfermawh matul din il-ġimgħa.
Peress li dan it-temp instabbli se jaħbat mal-Ġimgħa Mqaddsa, servizz speċjali ta’ temp għal kull 3 sigħat se jingħata għal l-għada minn kmieni filgħaxija. Dan se jsir għal Ġimgħa l-Kbira u L-Għid il-Kbir.
0 comments
Write a comment