ENGLISH/INGLIŻ

We’ve been hearing of an impending change in weather conditions for around the 22nd /23rd for weeks, but details have been constantly changing. What exactly are we expecting? Latest maps confirm that NO severe weather is being anticipated.

A zone of instability will develop across the central Mediterranean, as an area of colder air in the upper levels of the atmosphere comes into contact with the warmer conditions locally. It will bring a series of isolated showers possibly thundery at times on Thursday 22nd and Friday 23rd. Total rainfall will likely not be too much, but it will still serve as an indication that summer is on its way out. Much of the stormy weather will be to our islands’ east. This change in local weather will cause temperatures to dip. Maximum temperatures will dip to around 25°C from Thursday 22nd till the start of next week. Minimum temperatures could dip to just below 20°C on some nights. The contrast between high pressure over the Balkans and the lower pressure locally (especially over Italy) will maintain a breezy easterly to southeasterly wind for days on end over the Maltese Islands. The wind will blow at Force 4 to 5 for days, and may strengthen to become Force 6 at times. This will characterize our days from Thursday 22nd and could last till well into next week.

As things stand, no severe weather warnings are deemed necessary. We still advise you to be aware and keep yourself up to date with the latest developments, especially if you intend on spending some time at sea on these days. The sea will be particularly choppy, with challenging swell conditions likely to persist along the north and east coast of the Maltese Islands.

 

MALTI / MALTESE

Ilna nisimgħu bil-bidla tant mistennija fit-temp li għandha sseħħ madwar it-22/23 għal dawn l-aħħar ġimgħat. Id-dettalji komplew jinbidlu kontinwament pero’. X’qed nistennew eżatt? L-aħħar mapep komplew jikkonfermaw li ma għandniex nistennew maltemp sever.

Żona ta’ nstabbilta’ se tiżviluppaw madwar iċ-ċentru tal-Mediterran , hekk kif massa ta’ arja kiesħa fil-livelli għoljin ta’ l-atmosfera se tiġi f’kuntatt ma’ l-arja aktar sħuna madwarna. Din se twassal għal serje ta’ ħalbiet iżolati tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad kultant nhar il-Ħamis 22 u l-Ġimgħa 23. Għalkemm it-total ta’ xita mhux mistenni jkun għoli ħafna, it-temp xorta se jservi ta’ indikazzjoni li s-sajf se jidgħajjef sew. Il-maġġoranza tal-maltemp se jkun lejn il-lvant tal-gżejjer tagħna. Din il-bidla fit-temp se twassal biex it-temperaturi jiffriskaw sew. It-temperaturi massimi se jonqsu għal livell ta’ madwar 25°C mil-Ħamis 22 sal-bidu tal-ġimgħa li ġejja. It-temperaturi minimi jafu jinżlu taħt 20°C f’xi ljieli. Il-kuntrast bejn pressjoni għolja fuq il-Balkani u pressjoni baxxa lokalment (ċentrata fuq l-Italja), se tkun qed toħloq żiffa kemmxejn qawwija mill-lvant għal xlokk għal numru ta’ jiem. Ir-riħ se jkun b’qawwa ta’ Forza 4 għal 5 għal biċċa l-kbira tal-ħin, għalkemm għandu jitqawwa u jsir Forza 6 f’xi waqtiet. Dan se jibda nhar il-Ħamis 22 u jibqa sejjer sa minn ta’ l-anqas ġimgħa.

Kif jidhru l-affarijiet, ma narawx il-bżonn ta’ twissijiet speċjali. Xorta waħda navżawkhom biex tkunu kawti u żżommu ruħkhom aġġornati bl-aħħar żviluppi, speċjalment jekk se tkunu ħerġin fuq il-baħar. Il-baħar il-barra mill-kosta tat-tramuntana u l-lvant se jkun imċaqlaq sew, b’imbatt li kapaċi jkun ta’ sfida.