A trough of low pressure from over the Balkans will be extending south towards Libya, skimming past the Maltese Islands as it does so. This will bring a brief episode of instability to the Maltese Islands. In fact, a few showers are possible across parts of the Maltese Islands during the night from Friday 15/02 to Saturday 16/02. These showers will be very localized, and thus, not all of the Maltese Islands will be affected. Central and southern Malta is likely to receive the most rainfall, with total accumulations not expected to exceed 5 mm. Another impact this trough of low pressure will have on the central Mediterranean is a strong wind from the Northeast. Starting late in the evening on Friday 15/02, the Northeast wind will blow at Force 5/6. This will last only briefly, as it decreases to Force 4/5 by late afternoon on Saturday 16/02. No severe weather is being anticipated. The weather should stabilize again from Sunday 17/02, when high pressure returns to restore clear skies across the central Mediterranean. Temperatures will remain relatively cool over the coming week or so, especially at night. Lows will dip to 7 C / 8 C on most nights. Daytime highs will be milder, at 14 C /15 C.

Firxa ta’ pressjoni baxxa minn fuq il-Balkani se testendi lejn il-Libja, biex b’hekk tgħaddi żbrixx minn mal-Gżejjer Maltin. Din se ġġib magħa episodju qasir ta’ instabbilita’ għal Gżejjer Maltin. Filfatt, xi ftit ħalbiet iżolati tax-xita jistgħu jolqtu partijiet mill-Gżejjer Maltin matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa 15/02 u s-Sibt 16/02. Dawn il-ħalbiet tax-xita se jkunu lokaliżżati ħafna, u għalhekk, mhux se jolqtu kullimkien. Iċ-ċentru u n-nofsinhar ta’ Malta mistennija li jkunu l-aktar li jintlaqtu minn dawn. It-total ta’ xita mhux mistenni jaqbeż il-5 mm. Impatt ieħor ta’ din il-pressjoni baxxa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran se jkun riħ qawwi mill-Grigal. Minn tard filgħaxija l-Ġimgħa 15/02, ir-riħ mill-Grigal se jilħaq Forza 5/6. Dan se jdum biss għal-ftit ħin pero, hekk kif jonqos għal-Forza 4/5 minn tard wara nofsinhar is-Sibt 16/02. Mhux qed nistennew maltemp sever. It-temp għadu jistabiliżża ruħu mill-ġdid nhar il-Ħadd 17/02, meta arja bi pressjoni għolja tirritorna biex tiżgura sema ċar madwar i-ċentru tal-Mediterran. It-temperaturi mistennija jkunu relattivament friski matul il-ġimgħa li ġejja, speċjalment billejl. L-anqas se tinżel għal 7 C / 8 C f’bosta ljieli. L-ogħla se tkun ta’ 14 C / 15 C.