A wave of bad weather across the central Mediterranean has come to an end. A ridge of high pressure has extended across our region from today. This means a spell of fine weather for the Maltese Islands. Starting today, the weather will be clearer and temperatures warmer. Maximum daytime highs will reach 16 C to 18 C. Nighttime lows, at 10 C to 12 C, will still feel rather cool, however, because of a heavy dewfall on some nights. The wind will be mainly light to moderate from the West to Northwest. This state of affairs will prevail till Wednesday 13/02, when a blast of colder Siberian air reaches the central Mediterranean. Starting from Wednesday 13/02, the weather in the Maltese Islands will remain mainly sunny but very cold. Maximum daytime highs will dip to 11 C to 13 C. Nighttime lows will fall to 5 C to 7 C. The wind will be moderate to strong from the West to Northwest. There are no significant rainfall events on the horizon.  

Il-mewġa ta’ maltemp madwar iċ-ċentru tal-Mediterran waslet fi tmiemha. Firxa ta’ pressjoni għolja se tkun qed testendi għal fuq ir-reġjun tagħna mill-lum. Dan ifisser waqfa ta’ temp sabiħ għal-Gżejjer Maltin. Nibew mill-lum, it-temp se jkun aktar ċar u t-temperaturi aktar sħan. L-ogħla matul il-jum se titla għal 16 C sa 18 C. L-anqas billejl, ta’ 10 C sa 12 C, se jkunu jinħassu daqsxejn kesħin, pero, minħabba nida matul il-lejl. Ir-riħ għandu jkun ħafif għal moderat mill-Punent għal-Majjistral. Din is-sitwazzjoni se tippersisti sa l-Erbgħa 13/02, meta massa ta’ arja kiesħa ferm mis-Siberja mistennija tilħaq iċ-ċentru tal-Mediterran. Mill-Erbgħa 13/02, it-temp madwar il-Gżejjer Maltin se jibqa l-biċċa l-kbira xemxi, imma jsir kiesaħ ħafna. L-ogħla matul il-jum se tinżel għal 11 C sa 13 C. L-anqas billejl se tkun ta’ 5 C sa 7 C. Ir-riħ se jkun moderat għal-qawwi mill-Punent għal-Majjistral. Ma jidher li se jkollna l-ebda xita sinifikanti fil-futur qrib.