ENGLISH/INGLIŻ

The anticyclone that has dominated the meteorological scene across the central Mediterranean for weeks has weakened. We’ve already seen this over the weekend, a the first showers in months drenched parts of the Maltese Islands. The atmosphere above our region will become increasingly unstable and signs of the arrival of autumn will become more apparent. Air temperatures will likely stop exceeding 30°C, although real-feels will remain very warm due to high levels of humidity. Nights will become noticeably cooler. Sea surface temperatures will soon begin a downward trend too. The air will also be cleaner and not as hazy, after airborne dust is cleared away by the rain.

An unstable atmosphere above the central Mediterranean will mean incursions of cooler air from the north can reach us more easily. When this is pushed over the very warm sea, showers and thunderstorms form. We will experience this at the start of this week. There will be a chance of rain from the very early hours of Monday 6/9 till the very early hours of Wednesday 8/9. We will likely experience isolated thunderstorms which will be heavy and gusty at times. These showers will form erratically, making it extremely difficult to determine exactly when and where they will occur from well before-hand. Not all localities will be affected the same at a time. We still expect rainfall to be sufficient enough to continue easing the drought slowly, however. We will provide you with regular updates on the meteorological situation as the days progress.

 

MALTI / MALTESE

L-antiċklun li ddomina s-sitwazzjoni metereoloġika madwar il-Mediterran għal dawn l-aħħar ġimgħat qed jidgħajjef sew. Diġa rajna dawn matul tmiem il-ġimgħa, meta numru ta’ ħalbiet tax-xita laqtu xi lokalitijiet tal-Gżejjer Maltin. L-atmosfera fuq ir-reġjun tagħna se ssir dejjem aktar instabbli, u s-sinjali tal-ħarifa se jsiru dejjem aktar ċari. It-temperaturi ta’ l-arja mistenni jieqfu jaqbżu l-livell ta’ 30°C, għalkemm l-livelli għoljin ta’ umdita se jfissru aktar tidlik. L-iljieli se jkunu notevolment aktar friski. It-temperatura tal-baħar ukoll daqt tibda nieżla bil-mod. L-arja se ssir dejjem anqas imdaħħna, hekk kif it-trab fin jinżel max-xita.

L-atmosfera nstabbli ta’ fuq iċ-ċentru tal-Mediterran se tfisser li rqajja ta’ arja friska minn fuq l-Ewropa se jkunu jistgħu jibdew jilħquna aktar faċilment. Meta din tkun imbuttata fuq il-baħar sħun ta’ madwarna, jibdew jiżviluppaw il-ħalbiet tax-xita u maltempati bir-ragħad. Dan se nesperjenzawh fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Se jkun hemm ċans ta’ xita mis-siegħat bikrijin tat-Tnejn 6/9 sas-siegħat bikrijin ta’ l-Erbgħa 8/9. Jidher biċ-ċar li għandna nistennew maltempati bir-ragħad iżolati li se jkunu qawwijin u mirjieħa kultant. Dawn il-ħalbiet tax-xita se jkunu qed jiffurmaw b’mod erratiku, u b’hekk se jkun diffiċli ferm li ngħidu fejn se jkunu qed jaħkmu minn ħafna qabel. Mhux il-lokalitajiet kollha se jkunu qed jiġu affetwati ndaqs fl-istess waqt. Minekjja dan, xorta naħsbu li għandha tagħmel xita biżejjed biex tibda ttaffi n-nixfa li hemm madwar il-Gżejjer Maltin. Se nkunu qed inżommukom aġġornati kontinwament bl-aħħar żviluppi meterjoloġiċi.