ENGLISH/INGLIŻ
A persistent zone of low pressure over central and northern Italy will cause a current of warm air to flow from the Sahara Desert towards the central Mediterranean region. This will strengthen in the coming days and will be maintained till the end of the week. Temperatures in the Maltese Islands will be very warm. We’re looking at maximum temperatures in the region of 20°C to 25°C. Minimum temperatures will range from 16°C to 19°C. These values will be a staggering 3°C to 8°C warmer than the norm for this time of year. The warmest day of the week is likely to be Friday 16th December. If the temperature on that day exceeds 24.9°C it will become the warmest December on record, breaking the record set in December 1987. This spell of very warm temperatures will be accompanied by southerly winds. Humidity levels will be very high. The sky will be variably to mostly cloudy and rather hazy at times. Whilst significant rainfall is highly unlikely, spotty rain may occur at times. Any rain will deposit fine desert sand. The following week, meaning the week leading up to Christmas Day, will see temperatures returning to more seasonal levels.
MALTI / MALTESE
Żona ta’ pressjoni baxxa li qed tippersisti fuq iċ-ċentru u t-tramuntana ta’ l-Italja se twassal biex jiżviluppa kurrent ta’ arja sħuna minn fuq id-deżert lejn iċ-ċentru tal-Mediterran. Dan se jkun qed jissaħħaħ fil-jiem li ġejjin u għandu jibqa jippersisti sa tmiem il-ġimgħa. It-temperaturi fil-Gżejjer Maltin se jkun għoljin. Qed nistennew temperaturi massimi fir-livell ta’ 20°C sa 25°C. Dawk minimi se jvarjaw minn 16°C sa 19°C. Dawn il-valuri jaqbżu l-medja staġġjonali b’madwar 3°C sa 8°C. L-aktar jum sħun ta’ din il-ġimgħa mistenni li jkun il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru. Jekk it-temperatura massima dakinhar taqbeż 24.9°C jinkiser ir-rekord ta’ l-aktar jum sħun f’Diċembru li ntlaħaq f’1987. Dan l-episodju ta’ temperaturi għoljin ħafna se jkun abbinat ma’ riħ isfel. L-umdita’ se tkun għolja ħafna. Is-sema se jkun varjabbilment għal biċċa l-kbira msaħħab u mdaħħan kultant. Għalkemm xita sinifikanti mhux mistennija matul din il-ġimgħa, jidher li se jkun hemm possibilita’ ta’ xi ftit taqtir ta’ xita tal-ħamrija minn ħin għal ieħor. Il-ġimgħa ta’ wara, iġifieri l-ġimgħa li twassalna sal-Milied, mistennija tara t-temperaturi jirritornaw għal-livelli aktar staġġjonali.