ENGLISH/INGLIŻ

As we’ve pointed out recently, the Maltese Islands are in for a lengthy period of warmer than average temperatures and dry weather. An omega blocking pattern has established itself across much of the Mediterranean region. An omega blocking pattern in meteorology is a large-scale and nearly stationary high pressure system. This blocking pattern, or anticyclone, will prevent low pressure systems over the Atlantic from reaching the Mediterranean region. These will instead be deviated to the north, towards the British Isles and Scandinavia. This deviation is indicated by the red arrows. These blocks remain in place for days to weeks on end, causing affected areas to experience stable weather for an extended period of time. The Maltese Islands are in for an extended spell of uninterrupted bright sunshine, warm to very warm maximum temperatures (with fresh minimum temperatures) and light winds. This state of affairs will persist till at least the first days of November. Very little rain, if at all, is to be expected until then. In the northern hemisphere this is referred to as an Indian Summer. Locally it is known as Is-Sajf ta’ San Martin. October 2022 will end up being among the driest Octobers in the past decade.

 

MALTI / MALTESE

Kif għidna riċentament, il-Gżejjer Maltin deħlin għal perjodu fit-tul ta’ temp aktar sħun mill-medja u nixfa totali. Firxa estensiva ta’ pressjoni għolja żviluppat fuq ir-reġjun tal-Mediterran. Din il-firxa ta’ pressjoni għolja b’arja stabbli tinfluwenza t-temp fuq reġjun estensiv għal tul ta’ żmien u ftit li xejn tiċċaqlaq. Tissejjaħ ukoll bħalha antiċiklun, din il-firxa ta’ arja bi pressjoni għolja twaqqaf sistemi ta’ maltemp fuq l-Atlantiku minn li jilħqu r-reġjun tal-Mediterran. Dawn ikunu mbuttati lil hinn minnha lejn il-Gżejjer Brittaniċi u l-Iskandinavja. Dan il-moviment huwa ndikat bi vleġġeġ ħomor. Din il-firxa ta’ pressjoni għolja se żżomm minn ġranet sa ġimgħat sħaħ f’postha, biex b’hekk ir-reġjun affetwat jesperjenza temp stabbli għal perjodu twil ta’ żmien. Qed nistennew li l-Gżejjer Maltin jesperjenzaw episodju ta’ temp ġeneralment xemxi, temperaturi massimi sħan (b’temperaturi minimi li jiffriskaw sew kultant) u riħ ħafif. Dan it-temp se jkun qed jippersisti sa minn ta’ l-anqas l-ewwel jiem ta’ Novembru. Ftit li xejn għandna nistennew xita sa dakinhar. Lokalment dan nafuh bħalha s-Sajf ta’ San Martin. Ottubru 2022 mistenni li jkun wieħed minn l-aktar nexfin ta’ dan l-aħħar deċenju.