ENGLISH/INGLIŻ
A cold front associated with a low pressure system over northern Italy will traverse the central Mediterranean in the morning of Tuesday 26th January, and will affect the Maltese Islands in three ways.
- Temperature: The temperature will fall gradually over the course of the day, starting off at 15°C and dipping to 8°C by its end. The colder temperatures will linger on till the evening on Thursday 28th January, when temperatures should rise again.
- Wind: The wind will be mainly light (Force 3 to 4) from the Southwest till the arrival of the cold front, at around mid-morning. Its arrival will be marked by a sudden shift of the wind to the Northwest and a rapid strengthening to Force 7 (with Force 8 gusts). The wind will decline gradually from the evening to become mainly light (Force 3 to 4) by morning on Wednesday 27th
- Rainfall: The arrival of the cold front should also bring a brief, but heavy, rain shower. Small hail may also accompany this shower. Lighter rain is possible ahead of or after this shower. This rain shower will coincide with the strengthening of the wind. Rainfall accumulations will not be particularly high.
More stable weather will return on Wednesday 27th January.
MALTI / MALTESE
Front kiesaħ abbinat ma’ sistema ta’ pressjoni baxxa lejn in-naħa ta’ fuq ta’ l-Italja se jaqsam minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran matul filgħodu tat-Tlieta 26 ta’ Jannar, u għandu jaffetwa il-Gżejjer Maltin fi tliet modi.
- Temperatura: It-temperatura se tonqos gradwalment matul il-jum, minn livell ta’ 15°C għal-ewwel sa 8°C lejn tmiem il-jum. It-temperaturi kesħin se jippersistu sa filgħaxija tal-Ħamis 28 ta’ Jannar, meta t-temperatura jerġgħu jisħnu mill-ġdid.
- Riħ: Ir-riħ se jkun fil-maġġoranza tiegħu ħafif (Forza 3 għal 4) mill-Lbiċ sa ma jasal dan il-front kiesaħ. Mal-wasla tiegħu, lejn nofs filgħodu, ir-riħ jaqleb Majjistral u jissaħħaħ f’daqqa għal Forza 7 (b’buffuri ta’ Forza 8). Ir-riħ jonqos gradwalment minn filgħaxija biex isir il-biċċa l-kbira ħafif (Forza 3 għal 4) minn filgħodu ta’ l-Erbgħa 27 ta’ Jannar.
- Xita: Il-wasla ta’ dan il-front kiesaħ se tkun immarkata wkoll b’ħalba xita qasira imma qawwija. Silġ żgħir jista jakkumpanja din il-ħalba xita wkoll. Xita aktar ħafifa taf tmissna wkoll qabel u wara din il-ħalba xita. Din ix-xita għandha tasal fl-istess waqt li jitqawwa r-riħ. It-total ta’ xita mhux se jkun partikularment għoli.
Temp aktar stabbli jirritorna minn l-Erbgħa 27 ta’ Jannar.
0 comments
Write a comment