ENGLISH/INGLIŻ

A breezy weekend is on the cards, as the Maltese Islands find themselves caught up in between different pressure systems. The wind will reach Force 5 to 6, at times 7, throughout the weekend. It will be from the South Southeast to East Southeast on Friday 30th September. It will veer gradually over the course of Saturday 1st October, becoming Northwest by the afternoon. It will then remain from the Northwest throughout Sunday 2nd October. The strong wind will mean choppy seas along exposed areas of the Maltese Islands. This is not all, however. A confused swell is also possible. Swell waves consist of waves that have been generated by the wind in distant weather systems, but have drifted away from their origin. Swell waves are largely unaffected by local winds, and normally persist for some time before dissipating. We could see that this weekend. Friday’s onset of a strong South Southeast to East Southeast wind means that swells from those directions will approach the Maltese Islands. As the wind veers Northwest on Saturday 1st October, swell waves from the Northwest will approach the central Mediterranean. The interaction of swell waves from opposite directions sometimes leads to confused and overlapping swells. A confused swell may pose a hazard to swimmers and scuba divers, especially when further away from the shore. Crossing swells may also make boat handling more difficult. We advise you to keep this in mind, especially on Saturday 1st October.

 

MALTI / MALTESE

Tmiem il-ġimgħa se jkun wieħed pjuttost mirjieħ. Il-Gżejjer Maltin se jkunu maqbuda bejn żona ta’ pressjoni atmosferika differenti. Ir-riħ se jlaħħaq Forza 5 għal 6, kultant 7, fil-jiem li ġejjin. Ir-riħ se jkun minn Nofsinhar ix-Xlokk għal Xlokk il-Lvant nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru. Dan idur bilmod nhar is-Sibt 1 ta’ Ottubru, u jsir Majjistral minn waranofsinhar. Ir-riħ jibqa mill-Majjistral għal Ħadd 2 ta’ Ottubru. Ir-riħ qawwi se jfisser baħar kemmxejn imqalleb fl-inħawi fejn jaqbel. Dan mhux kollox, pero’. Jaf ikollna wkoll imbatt imħawwad. L-imbatt huma mewġ li jiġu ġġenerati f’sistemi tat-temp lil hinn minn xtutna, u li jibqgħu ġejjin l’hawn. Dawn kapaċi jippersistu għal siegħat twal qabel ma jisfaxxaw fix-xejn. Fil-jiem li ġejjin nistgħu naraw imbatt minn direzzjonijiet varji. Ir-riħ qawwi minn Nofsinhar ix-Xlokk għal Xlokk il-Lvant tal-Ġimgħa 30 ta’ Settembru ifisser imbatt minn dawk id-direzzjonijiet. Kif ir-riħ idur lejn il-Majjistral nhar is-Sibt 1 ta’ Ottubru, imbatt mill-Majjistral jibda jilħaq il-Gżejjer Maltin. Meta imbatt minn direzzjonijiet opposti jiltaqgħa, jaf iwassal għal baħar imħawwad. Dan jista jkun ta’ xkiel għal għawwiema u l-bugħaddasa, speċjalment jekk ikunu imbiegħda mill-kosta. Imbatt imħawwad kapaċi jagħmilha aktar diffiċli biex tikkontrolla dgħajjes żgħar. Navżawkom biex tkunu kawti u tiftakru f’dan, speċjalment għal jum tas-Sibt 1 ta’ Ottubru.