ENGLISH/INGLIŻ

A promising start to the rainy season in September quickly turned into disappointment in October. The drier than average trend has lingered into November too. As explained in our long-term weather outlooks, the pattern of mild weather will likely stay with us, at least for now. An area of high pressure covering vast swathes of the Balkans and the central Mediterranean will persist. This blocking pattern, or anticyclone, blocks incoming low pressure systems. In our case, low pressure systems which normally approach us from the west are deviated further north. All but the most intense of these manage to reach us. When they do reach us, they’ll likely be decayed by the stable atmosphere above us, however. Locally, some rain clouds still manage to form from convection. These are rarely strong enough to produce anything more than a brief isolated shower. The latest weather maps are not indicating any widespread significant rainfall in the near future. The only rain we’ll be getting for now will be in the form of brief and localised showers that affect small spots at a time. Despite them being intense at times, their brief nature will not allow for a significant amount of rain. These spotty showers will be possible on a number of days. Most days will continue to be variably to mostly cloudy at times. Another noticeable feature that will prevail for now is the absence of very strong winds and the great variability in wind direction.

 

MALTI / MALTESE

Il-bidu promettenti għal dan l-istaġun ta’ xita f’Settembru ma damx ma qaleb f’diżappunt f’Ottubru. It-tendenza ta’ nuqqas ta’ xita baqgħet sejra f’Novembru. Kif spjegat fit-tbassir fit-tul tagħna, din it-tendenza ta’ nixfa mistennija tibqa magħna għalissa. Firxa ta’ arja bi pressjoni għolja li qed tgħatti partijiet mill-Balkani u l-Mediterran għandha tippersisti. Dan l-antiċiklun se jkun qed jipprevjeni sistemi ta’ maltemp minn fuq l-Atlantiku minn li jilħquna. Xi wħud li jkunu partikolarment intensi biss kapaċi jilħquna. Jekk dawn jilħquna, probabli jkunu ddgħajfu sew taħt l-effett ta’ l-atmosfera stabbli madwarna, pero’. Lokalment, xi sħab tax-xita xorta se jibqa jifforma. Dawn rari jkunu qawwija biżejjed biex jagħtu aktar minn ħalba xita iżolata qasira. L-aħħar mudelli tat-temp jibqgħu juru nuqqas ta’ xita sinifikanti u mifruxa. L-uniku xita li se jkollna għalissa ser tkun fil-forma ta’ ħalbiet tax-xita lokaliżżati u qosra. Għalkemm xi wħud jaf ikunu xi ftit intensi, il-fatt li jispiċċaw fi ftit ħin, ma jidhirx li jistgħu jagħtu xi ammonti kbar ta’ xita. Xita ta’ din it-tip se tkun possibbli f’numru ta’ jiem. Il-jiem li ġejjin se jibqgħu jkunu ftit jew wisq imsaħħba. Ħaġa oħra notevoli li se tibqa magħna għalissa hija l-assenza ta’ riħ qawwi ħafna u l-varjazzjoni kbir fid-direzzjoni tar-riħ minn jum għal ieħor.