ENGLISH/INGLIŻ
Wind gusts have so far reached up to 61.2 km/h (Force 8), as the Maltese Islands experienced an on and off strong Northwesterly wind. Initially, the strong winds were expected to last till late on Thursday 14/1. Latest maps indicate that it will persist till at least late on Saturday 16/1. As instability prevails across the western and central Mediterranean, the meteorological situation will be ideal to maintain a strong Mistral wind across the central Mediterranean. The wind will be strong to very strong at times till early on Saturday 16/1. The wind will continue increasing substantially prior to and during any showers. Showers will be possible at any time.
Thursday 14/1 – Northwest to West Northwest Force 7 (with gusts of up to Force 8)
Friday 15/1 – West Northwest Force 7 (with gusts of up to Force 8)
Saturday 16/1 (till 06:00) – West Northwest Force 7 (with gusts of up to Force 8)
The peak gusts will blow across the Maltese Islands in the afternoon on Thursday 14/1 and in the evening on Friday 15/1, when they may reach Force 8 across exposed areas. The sea will be rough to very rough at times with a significant wave height of 4.5 meters from the Northwest in peak gusts. The swell will be moderate Northwest. The map below indicates the stretch of coastline most exposed to this strong wind and rough sea. It is worth noting that the channel between Malta and Gozo is not directly exposed to a wind of this strength. Whilst the sea there will still be rough, it should not be in any way exceptional.
The wind should be lighter during the day on Saturday 16/1 and all day Sunday 17/1. Another bout of strong winds is possible on Monday 18/1.
MALTI / MALTESE
L-ogħla buffuri tar-riħ sa issa laħqu 61.2 km/h (Forza 8), hekk kif il-Gżejjer Maltin qed jesperjenzaw riħ qawwi mill-Majjistral li kontinwament iżid u jonqos. Inizjalment, bassarna li r-riħ qawwi kellu jdum sa tard il-Ħamis 14/1. L-aħħar mapep qed jindikaw li dan se jippersisti sa minn ta’ l-anqas is-Sibt 16/1. Hekk kif l-instabbilita’ madwar il-punent u ċ-ċentru tal-Mediterran se tkun qed tippersisti, is-sitwazzjoni metereoloġika se tkun ideali biex jippersisti dan ir-riħ qawwi mill-Majjistral madwar iċ-ċentru tal-Mediterran. Ir-riħ se jkun qawwi għal qawwi ħafna kultant sa kmieni s-Sibt 16/1. Ir-riħ se jibqa jitqawwa sew qabel u waqt ħalbiet tax-xita. Ħalbiet tax-xita se jibqgħu jkunu possibli minn ħin għal ieħor.
Il-Ħamis 14/1 – Majjistral għal Punent Majjistru Forza 7 (b’buffuri sa Forza 8)
Il-Ġimgħa 15/1 – Punent Majjistru Forza 7 (b’buffuri sa Forza 8)
Is-Sibt 16/1 (sa 06:00) – Punent Majjistru Forza 7 (b’buffuri sa Forza 8)
Il-buffuri l-aktar qawwija se jaħkmu l-Gżejjer Maltin matul wara nofsinhar tal-Ħamis 14/1, u matul filgħaxija tal-Ġimgħa 15/1, meta dawn se jilħqu Forza 8 fl-inħawi l-aktar esposti. Il-baħar se jkun qawwi għal qawwi ħafna kultant b’mewġ għoli 4.5 metri mill-Majjistral fl-aktar buffuri intensi. L-imbatt se jkun moderat Majjistral. Il-mappa ta’ hawn taħt tindika l-inħawi tal-kosta l-aktar esposti għal dan ir-riħ qawwi u mewġ għoli. Ta’ min jinnota li riħ Majjistral għal Punent Majjistru ta’ din il-qawwa ma jaħkimx il-fliegu ta’ bejn Malta u Għawdex b’mod dirett. Għalkemm il-baħar xorta waħda jkun qawwi, mhu nistennew xejn straordinarju
Ir-riħ għandu jkun anqas qawwi matul il-jum tas-Sibt 16/1 u l-jum kollu tal-Ħadd 17/1. Burraxka oħra ta’ riħ qawwi tkun possibbli nhar it-Tnejn 18/1.
0 comments
Write a comment