An intense low pressure system over the eastern Mediterranean will be drawing in frigid air from Russia’s Siberia. This frigid air will impact eastern and southern Europe. The Maltese Islands will be affected by this as well. The air temperature will be colder than average on three days; Sunday 29/12, Monday 30/12 and Tuesday 31/12. The highest temperature on all three days will struggle to reach 12 C. Nighttime lows may dip to 6 C on Monday 30/12. A strong Northeast wind will ensure real-feels much lower than the actual temperature, especially on Monday 30/12 and Tuesday 31/12. A 12 C high will feel more like 8 C. A 6 C low will feel more like 2 C. Some rain and/or hail showers are possible, mainly in the evening of Monday 30/12 and the morning of Tuesday 31/12. This will be one of the few cold snaps this season, amidst an otherwise warmer than average winter.
Sistema ta’ pressjoni baxxa intensa fuq il-lvant tal-Mediterran se tkun qiegħdha tiġbed lejha arja kiesħa ħafna minn fuq is-Siberja tar-Russja. Din l-arja kiesħa ħafna se taffetwa lil pajjiżi tal-lvant u n-nofsinhar ta’ l-Ewropa. Il-Gżejjer Maltin se jkunu affetwati minn din ukoll. L-arja kiesħa se taffetwana l-aktar għal tlett ijiem; il-Ħadd 29/12, it-Tnejn 30/12 u t-Tlieta 31/12. L-ogħla temperatura f’dawn il-jiem se tbati biex tilħaq 12 C. L-anqas temperatura billejl tista tinżel sa 6 C nhar it-Tnejn 30/12. Riħ qawwi mill-Grigal ifisser li dawn it-temperaturi se jkunu jinħassu ferm aktar kesħin., speċjalment nhar it-Tnejn 30/12 u t-Tlieta 31/12. L-ogħla ta’ 12 C tkun tinħass daqs li kieku qiegħdha 8 C. L-anqas ta’ 6 C se tinħass daqs li kieku 2 C. Xi ħalbiet ta’ xita u/jew silġ huma mistennija speċjalment filgħaxija tat-Tnejn 30/12 u filgħodu tat-Tlieta 31/12. Din se tkun waħda mill ftit perjodi ta’ temp kiesaħ dan l-istaġun, hekk kif ix-xitwa se tkun ġeneralment aktar sħuna minn normal.
0 comments
Write a comment