ENGLISH/INGLIŻ
Temperatures are set to plummet in the Maltese Islands and neighboring countries, despite it being March and with spring just two weeks away. An intense low pressure system will develop over the eastern Mediterranean this week. Meanwhile, an anticyclone over eastern Europe will strengthen. This meteorological setting will draw in frigid air from Siberia, bringing colder temperatures to eastern and southern Europe. The Maltese Islands will be affected by this too. The air temperature will be colder than average throughout the coming week. Maximum temperatures will be in the range of 11°C to 14°C. Minimum temperatures will vary from 5°C to 8°C. The second half of the week will be particularly cold. Northerly winds will ensure much lower real-feels, especially at the weekend. While the weather will be mainly sunny to partly cloudy much of the time, a little light rain is possible on Monday 7/3 and Wednesday 9/3. No major strong winds are anticipated at this point. This spell of colder than average temperatures will last for around a week, from Monday 7/3 through to Monday 14/3.
MALTI / MALTESE
Minkejja li ninsabu f’Marzu u l-istaġun tar-rebbiegħa qiegħed biss ħmistax bogħod, it-temperaturi fil-Gżejjer Maltin u pajjiżi ġirien mistennija jiksħu sew. Se jerġgħu jinżlu fil-livelli ta’ l-eqqel tax-xitwa. Sistema ta’ pressjoni baxxa instensa se tiżviluppa fuq il-lvant tal-Mediterran. Sadattant, antiċiklun fuq il-lvant ta’ l-Ewropa se jissaħħaħ. Din is-sitwazzjoni meterjoloġika se toħloq kurrenti ta’ arja ġelida minn fuq is-Siberja. Din l-arja kiesħa diġa qed tmiss il-lvant ta’ l-Ewropa, u għandha tkompli testendi lejn in-nofsinhar. Il-Gżejjer Maltin se jkunu affetwati wkoll. It-temperaturi ta’ l-arja se jkunu aktar kesħin minn normal għal matul il-ġimgħa li ġejja kollha. It-temperaturi massimi se jvarjaw minn 11°C sa 14°C. It-temperaturi minimi se jkun fil-livelli ta’ 5°C sa 8°C. It-tieni nofs ta’ din il-ġimgħa se jkun partikolarment kiesaħ. Ir-riħ mit-tramuntana se jwassal biex it-temperaturi jinħassu aktar kesħin minn kemm se jkunu wkoll, speċjalment lejn tmiem il-ġimgħa. It-temp se jkun il-biċċa l-kbira xemxi jew ftit imsaħħab għal biċċa l-kbira tal-ħin, bi ftit xita ħafifa tkun possibbli nhar it-Tnejn 7/3 u l-Erbgħa 9/3. Mhux qed nistennew riħ qawwi ħafna għalissa. Il-perjodu kiesaħ se jkopri madwar ġimgħa, mit-Tnejn 7/3 sat-Tnejn 14/3.
0 comments
Write a comment