ENGLISH/INGLIŻ
An intense low pressure system migrating across the Adriatic Sea will draw air in from higher pressure over the Iberian Peninsula and France. This will generate a strong to very strong wind from the West Northwest to Northwest across the central Mediterranean. This warning is valid from 00:00 on Tuesday 10th January till 06:00 on Wednesday 11th January, and could be extended if necessary. This is how the situation will likely develop during this time period:
Tuesday 10th January
00:00 to 06:00 – West Northwest to Northwest Force 5 to 6, increasing to become Force 6 to 7
06:00 to 12:00 – Northwest to West Northwest Force 6 to 7, increasing to become Force 8
12:00 to 18:00 – West Northwest to Northwest Force 8
18:00 to 23:59 – Northwest Force 8, decreasing to become Force 6 to 7
Wednesday 11th January
00:00 to 06:00 – Northwest Force 6 to 7, decreasing to become Force 5 to 6
The peak gusts will blow across the Maltese Islands in the late morning and afternoon of Tuesday 10th January, when they will reach Force 9 at times across exposed areas of the Maltese Islands. The sea will be very rough, with wave heights of up to 5.5 metres from the Northwest in peak gusts. The stretch of coast highlighted in red on the below map will be directly exposed to this very rough sea.
The wind will remain breezy and from a predominantly northwesterly direction on the following days.
MALTI / MALTESE
Sistema’ ta’ pressjoni baxxa intensa li se tkun għaddejjha minn fuq il-Baħar Adrijatiku se toħloq kuntrast qawwi ma’ żona bi pressjoni għolja fuq il-Penisola Iberika u Franza. Dan se joħloq riħ qawwi għal qawwi ħafna mill-Punent Majjistru għal Majjistral madwar iċ-ċentru tal-Mediterran. Din it-twissija se tkun valida minn 00:00 tat-Tlieta 10 ta’ Jannar sas 06:00 ta’ l-Erbgħa 11 ta’ Jannar, u tista tiġi estiża kif ikun meħtieġ. Dan huwa kif mistennija tiżvolġi s-sitwazzjoni fil-ħin imsemmi:
It-Tlieta 10 ta’ Jannar
00:00 sa 06:00 – Punent Majjistru għal Majjistral Forza 5 għal 6, li jitqawwa biex isir Forza 6 għal 7
06:00 sa 12:00 – Majjistral għal Punent Majjistru Forza 6 għal 7, li jitqawwa biex isir Forza 8
12:00 sa 18:00 – Punent Majjistru għal Majjistral Forza 8
18:00 sa 23:59 – Majjistral Forza 8, li jonqos biex isir Forza 6 għal 7
Wednesday 11th January
00:00 to 06:00 – Majjistral Forza 6 għal 7, li jonqos biex isir Forza 5 għal 6
Il-buffuri l-aktar qawwijin mistennija jaħkmu lill-Gżejjer Maltin tard filgħodu u waranofsinhar tat-Tlieta 10 ta’ Jannar, meta mistennija jilħqu Forza 9 kultant fl-aktar inħawi esposti tal-Gżejjer Maltin. Il-baħar se jkun qawwi ħafna, b’mewġ għoli 5.5 metri mill-Majjistral fl-aktar buffuri qawwijin. Il-kosta mmarkata bl-aħmar fil-mappa ta’ hawn taħt se tkun l-aktar milquta minn dan il-baħar qawwi ħafna.
Ir-riħ jibqa daqsxejn qawwi u l-biċċa l-kbira mill-Majjistral fil-jiem ta’ wara.