After the latest model update, we are issuing a weather warning. The main threat appears to be of heavy rainfall. The warning is valid from 13:00 till 23:00 on Monday 07/10 unless otherwise indicated.

As forecast yesterday, a week of instability lies ahead for the Maltese Islands. An incursion of cold air from the north will clash with the warm sea locally, leading to the development of a vigorous low pressure system over the central Mediterranean. A cold front associated with this low pressure system will move across the Maltese Islands on Monday 07/10. A band of rain will be associated with this cold front. A number of isolated thunderstorms should be embedded within. This band of rain is expected to produce a period of steady rainfall, which will be heavy and thundery at times. This should affect us mainly in the late afternoon or early evening. Isolated showers, possibly heavy at times, are possible at any time during the day. The rainfall should be widespread, and therefore, all of the Maltese Islands should receive a decent amount of precipitation. Luckily, atmospheric conditions above the Maltese Islands will not be favourable for large hail and funnels to form. Total rainfall amounts will range between 25 mm and 50 mm with higher amounts possible in localized areas. The weather situation will improve substantially by morning on Tuesday 08/10, with partly cloudy skies.

 

Wara l-aħħar aġġornament tal-mapep, iddeċidejna noħorġu twissija ta’ maltemp. Jidher li t-theddida se tkun l-aktar minn xita qawwija. Din it-twissija se tkun fis-seħħ minn 13:00 sa 23:00 tat-Tnejn 07/10, sakemm ma tkunx aġġornata.

Kif bassarna l-bieraħ, ġimgħa ta’ instabbilita’ hija mistennija fil-Gżejjer Maltin. Inkurzjoni ta’ arja kiesħa mit-tramuntana se toħloq kunflitt mal-baħar sħun ta’ madwarna. Din se twassal biex tinħoloq sistema ta’ pressjoni baxxa qawwija madwar iċ-ċentru tal-Mediterran. Front ta’ arja kiesħa assoċjat ma’ din is-sistema ta’ pressjoni baxxa se jgħaddi minn fuq il-Gżejjer Maltin it-Tnejn 07/10. Massa ta’ xita se tkun assoċjata ma’ dan il-front kiesaħ. Xi maltempati bir-ragħad iżolati għandhom jiffurmaw f’din. Din il-massa ta’ xita mistennija twassal għal perjodu ta’ xita kontinwa, li għandha tkun qawwija u bir-ragħad kultant. Din għandha taffetwana l-aktar tard wara nofsinhar jew filgħaxija. Ħalbiet iżolati tax-xita, li jistgħu jkunu qawwijin kultant, huma possibbli f’kwalunkwe ħin matul il-jum. Din ix-xita se tkun mifruxa, u għalhekk il-Gżejjer Maltin kollha għandhom jirċievu ammont sostanzzjali ta’ xita. Fortunatament, il-kundizzjonijiet atmosferiċi mhux se jiffavorixxu l-formazzjoni ta’ silġ kbir jew trombi. It-total ta’ xita għandu jvarja minn 25 mm sa 50 mm b’ammonti għola f’postijiet lokaliżżati. Is-sitwazzjoni tat-temp se taqleb għal aħjar sa filgħodu tat-Tlieta 08/10, b’sema ftit imsaħħab.