ENGLISH/INGLIŻ

Over the past week or so, the Maltese Islands have sweltered in a record-breaking heat wave. We have seen a long-standing June temperature be shattered twice. 25th June registered the hottest ever June day in our archipelago’s meteorological history. The mercury soared to a dangerous 41.3°C at Malta International Airport. If the heat wave progresses as forecast, it is on the road to breaking another record: that of becoming Malta’s longest lasting heat wave. From reading the latest maps, we’re expecting maximum temperatures to continue rising to 35°C + till at least 4th July. It may also reach 40°C on one or two more days. These will likely be 29th June and 30th June. There’s some hope, however. A strong northwesterly wind could bring relief from the intense heat on 5th July. This would lower temperature to the seasonal 30°C / 31°C daytime highs and 22°C / 23°C nighttime lows. Although it’s becoming more likely that this will happen, it will be confirmed in the coming days.

 

MALTI/MALTESE

Fl-aħħar ġimgħa, l-Gżejjer Maltin inxtwew fi sħana rekord. Rajna rekord minn għexieren ta’ snin ilu jisfaxxa darbtejn. Fil-jum tal-25 ta’ Ġunju ġiet imkejjla l-aktar ġurnata taħraq fl-istorja tal-metejoroloġija f’pajjiżna. It-temperatura fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laħqet il-livell perikoluż ta’ 41.3°C. Jekk din il-mewġa ta’ sħana tiżvolġi kif imbassar, se tkun qed tikser rekord ieħor: dak li ssir l-itwal mewġa ta’ sħana li qatt ġiet imkejjla fil-Gżejjer Maltin. Skont l-aħħar mapep, jidher li qed nistennew li t-temperaturi jkomplu jilħqu 35°C + sa minn ta’ l-anqas l-4 ta’ Lulju. Din taf terġa tilħaq 40°C f’xi jum jew tnejn. Il-probabilita’ hi li dawn il-jumejn ikunu d-29 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Ġunju. Hemm ftit tama, pero’. Riħ qawwi mill-Majjistral għandu jwassal fi tmiemha din il-mewġa ta’ sħana bla preċedent nhar il-5 ta’ Lulju. Minn dakinhar it-temperatura tonqos għal livelli medji b’massimi ta’ 30°C / 31°C u minimi ta’ 22°C / 23°C. Għalkemm kull ma jmur iċ-ċans li sseħħ din qed jiżdied, dan nikkonfermawh fil-jiem li ġejjin.