ENGLISH/INGLIŻ
All rain so far has been largely localised, with only a handful of localities around the Maltese Islands receiving any significant rainfall. Things are to about to change though. An area of instability will come to settle above the central Mediterranean for at least 48 hours. For some two days, on Sunday 13/09 and Monday 14/09, more widespread instability will be experienced all around the Maltese Islands. Upon passing over the very warm sea around our islands, the mass of clouds associated with this zone of instability will be charged by moisture. As a result of this, a series of showers and thunderstorms will develop. The most intense of these are likely to be concentrated at sea between Malta and Libya. Whilst showers which may be heavy and thundery at times are possible at any time on both days, the greatest chance of rain will be from a potentially strong thunderstorm that should develop around the Maltese Islands at some point between late afternoon on Sunday 13/09 and early morning on Monday 14/09. The sky will still be mainly sunny or partly cloudy at times, so don’t let this lead you to believe that the bad weather has missed us. Further updates will be provided when and if necessary.
MALTI / MALTESE
Ix-xita li għamlet sa issa kienet lokaliżżata ferm, bi ftit lokalitajiet biss madwar il-Gżejjer Maltin jaraw xita sinifikanti. Is-sitwazzjoni se tinbidel pero. Roqgħa ta’ instabilita se tkun preżenti fuq iċ-ċentru tal-Mediterran għal xi 48 siegħa. Għal jumejn, il-Ħadd 13/09 u t-Tnejn 14/09, se jkun hawn instabilita estensiva madwar il-Gżejjer Maltin. Il-fwar abbundanti li hawn fl-arja, kaġun ta’ baħar sħun madwarna, se jwassal biex il-maltemp abbinat ma’ din l-instabilita jintensifika aktar. Se jiżviluppaw serje ta’ ħalbiet tax-xita u maltempati bir-ragħad. L-aktar qawwijin minn dawn se jkunu kkonċentrati fuq il-baħar bejn Malta u l-Libja. Filwaqt li ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu qawwijin u bir-ragħad kultant huma possibli matul il-jumejn li huma kollha, qed inħarsu b’mod partikolari lejn maltempata potenzjalment qawwija li għandha tifforma madwarna f’xi ħin bejn tard wara nofsinhar il-Ħadd 13/09 u kmieni filgħodu t-Tnejn 14/09. Navżawkom li s-sema se jkun il-biċċa l-kbira xemxi jew ftit imsaħħab kultant. Importanti li ma tħallux dan il-fatt iqarraq bikom u taħsbu li l-maltemp qabiżna. Aktar aġġornamenti se jsegwu x’ħin u jekk ikun hemm il-bżonn.
0 comments
Write a comment