With an average high of 29.7 C and an average low of 20.7 C, June 2019 has so far been more than 2 C warmer than normal. That’s more than the 0.25 C forecast at the start of the month. The maximum temperature so far this month was reached on the 9th, when it had soared to a sweltering 37 C. That was just more than 10 C hotter than the mean for that time of year. With a low of 25 C, the following night was the warmest so far this month. Having reached mid-month, we can safely say that June 2019 is now following the same pattern as in June 2012 and June 2017, two years with very hot summers. Just two weeks ago, many were fearing that there would be no summer this year. This fear was for very good reason too, as the beginning of June was one of the most unsettled on record.
In contrast to what long-term maps showed some weeks ago, the latest versions almost all agree that summer will be hotter than average by at least 1 C. Precipitation will be very close to average. An average summer is completely to almost completely dry. The hottest part of this year’s summer is expected to be around mid-August.
B’medja massima ta’ 29.7 C u medja minima ta’ 20.7 C, Ġunju 2019 kien aktar minn 2 C aktar sħun minn normal sa issa. Dan jaqbeż iż-0.25 C li kien imbassar fil-bidu tax-xahar. L-aktar temperatura għolja sa issa dan ix-xahar laħqet 37 C u kienet imkejjla fid-9 tax-xahar. Dan qabeż il-medja għal dan iż-żmien tas-sena b’10 C. Bl-anqas ta’ 25 C, il-lejl ta’ wara kien l-aktar sħun ta’ dan ix-xahar. Hekk kif wasalna f’nofs ix-xahar, nistgħu nikkonkludu li Ġunju 2019 qed isegwi l-istess sinjali ta’ Ġunju 2012 u Ġunju 2017, sentejn li fihom esperjenzajna sjuf sħan ferm. Sa ħmistax ilu biss, ħafna kienu ħasbu li kienet se tkun sena bla sajf. Kien bir-raġuni wkoll, peress li l-bidu ta’ Ġunju ta’ din is-sena kien mill-aktar instabbli.
B’differenza lejn kif mudelli tat-temp kienu qed juru ġimgħat ilu, dawk aktar riċenti qed jaqblu li dan is-sajf għandu jkun qieħed aktar sħun minn normal, saħansitra b’aktar minn 1 C. It-total ta’ xita se jkun ħafna qrib il-medja. Jekk inħarsu lejn sajf tipiku Malti, ftit li xejn ikollna xita fih. L-aktar parti taħraq ta’ dan is-sajf għandha tkun lejn nofs ix-xahar ta’ Awwissu.
0 comments
Write a comment