ENGLISH/INGLIŻ

Another day of rain is forecast for Monday 6th December. A series of fronts associated with a low pressure system to the west of our region will traverse the central Mediterranean over the course of Monday. We expect showers that will be heavy, thundery and possibly with hail at times. Some showers may be persistent at times too. Rain is possible at any time from late evening on Sunday through to late evening on Monday, with the bulk of rain expected in the morning and afternoon of Monday. Rainfall totals may be significant in areas. It is important to keep one thing in mind at this point. All fields are waterlogged and waterways are still full up. One shower is enough to create flooding. The wind will be from the West at Force 5 to 6 throughout the day. Temperatures will be colder than in recent days, with the maximum temperature on Monday 6th likely to be around 13°C.

 

MALTI / MALTESE

Nistennew li t-Tnejn 6 ta’ Diċembru jkun jum ieħor ta’ xita. Firxa ta’ maltemp abbinata ma’ sistema ta’ pressjoi baxxa lejn il-punent ta’ l-inħawi se tgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal- Mediterran matul il-jum tat-Tnejn. Qed nistennew ħalbiet tax-xita li se jkunu qawwijin, bir-ragħad u possibilment anke bis-silġ kultant. Xi wħud mill-ħalbiet tax-xita jistgħu jkunu persistenti wkoll f’xi waqtiet. Ix-xita se tkun possibli minn tard filgħaxija tal-Ħadd sa tard filgħaxija tat-Tnejn, bil-maġġoranza tax-xita taqa matul filgħodu u wara nofsinhar tat-Tnejn. L-ammonti ta’ xita jistgħu jerggħu jkunu sinifikanti f’xi nħawi. Importanti ħafna li wieħed iżomm ħaġa f’moħħu issa. L-għelieqi mifqugħa bl-ilma. Il-widien mimlija. Sempliċi ħalba xita hija biżżejjed biex tikkaġuna l-għargħar f’xi toroq. Ir-riħ se jkun Forza 5 għal 6 mill-Punent matul il-jum. It-temperaturi se jkunu aktar kesħin minn l-aħħar jiem, bl-ogħla matul il-jum tlaħħaq biss 13°C.