An unstable air mass has developed over Tunisia. In the coming hours, this unstable air mass will intensify. It will form a mass of rain. A number of isolated thunderstorms may be embedded within. Although very slow-moving, it will make its way to the central Mediterranean. Cloud cover will increase gradually on Sunday 29/03. The mass of rain is expected to reach us overnight, producing rain that will be heavy at times. Any isolated thunderstorms may produce hail. Rainfall will be widespread, and therefore, all of the Maltese Islands should receive their fair share of water. Luckily, atmospheric conditions above the Maltese Islands will not be favourable for severe weather to form. The chance of rain will be highest from 02:00 till 14:00 on Monday 30/03. We may get anywhere between 7.5 mm and 20 mm of rainfall from this.

Massa instabbli żviluppat fuq it-Tuneżija. Matul is-siegħat li ġejjin, din l-arja nstabbli se tintensifika. Se tiżviluppa f’massa ta’ xita. Xi maltempati bir-ragħad iżolati jistgħu jiżviluppaw ġewwa fiha. Għalkemm miexja bilmod, xorta mistennija tilħaq iċ-ċentru tal-Mediterran. L-ammont ta’ sħab se jiżdied matul il-jum tal-Ħadd 29/03. Il-massa ta’ xita mistennija tilħaqna billejl, u se tipproduċi xita li se tkun qawwija f’xi ħinijiet. F’każ ta’ maltempati bir-ragħad iżolati, jaf ikollna s-silġ ukoll. Ix-xita se tkun mifruxa, u għalhekk, il-Gżejjer Maltin kollhja għandhom jaraw xi ftit xita mhux hażin. Fortunatament, il-kundizzjonijiet atmosferiċi fuq il-Gżejjer Maltin mhux se jiffavorixxu l-iżvilupp ta’ maltemp sever. Iċ-ċans ta’ xita se jkun l-ogħla minn 02:00 sa 14:00 ta’ nhar it-Tnejn 30/03. Jaf ikollna bejn 7.5 mm u 20 mm ta’ xita minn din.