As forecast earlier, more thunderstorms will be forming across the central Mediterranean throughout the rest of Sunday 01/09 and much of Monday 02/09. Intense thunderstorms are currently affecting Tunisia. These are set to move slowly east, losing strength as they do so. They could reach the Maltese Islands at night. If they do affect us, they will be much weaker than they are at the moment. As a result, only a normal thunderstorm is possible. The chance of rain is highest from midnight till 06:00 on Monday 02/09. If they do affect us, expect rain which will be heavy, thundery and blustery at times. If the thunderstorm misses us, expect some isolated showers. Total rainfall may vary from a meagre 2.5 mm (in the event of isolated showers) to a decent 25 mm (in the event of a thunderstorm). As things stand, we are expecting a thunderstorm to reach us. Upper level winds are blowing towards us. The sea is also warm enough to sustain thunderstorms. The situation is being monitored continuously. Updates will be issued when and if necessary.

Kif bassarna aktar kmieni, aktar maltempati bir-ragħad se jiżviluppaw madwar iċ-ċentru tal-Mediterran matul il-bqija tal-Ħadd 01/09 u l-biċċa l-kbira tat-Tnejn 02/09. Maltempati bir-ragħad b’saħħithom qed jolqtu lit-Tuneżija bħalissa. Dawn se jersqu lejn il-lvant bilmod fis-siegħat li ġejjin, filwaqt li jitilfu mis-saħħa tagħhom fil-proċess. Għandhom jaħkmuna billejl. Jekk dawn jaħkmuna, dawn se jkunu aktar dgħajfa minn li huma bħalissa. Għalhekk, nistennew biss maltempata normali. Iċ-ċans ta’ xita se jkun l-ogħla minn nofsillejl sa 06:00 tat-Tnejn 02/09. Jekk jaħkmuna, stennew xita li se tkun qawwija, bir-ragħad u mirjieħa f’xi ħinijiet. Jekk il-maltempata bir-ragħad taqbiżna, stennew biss xi ħalbiet iżolati tax-xita. It-total ta’ xita jista jvarja minn 2.5 mm (jekk jaħkmuna ħalbiet iżolati tax-xita biss) sa 25 mm (jekk tmissna maltempata bir-ragħad). Kif inhuma l-affarijiet, qed nistennew li taħkimna l-maltempata bir-ragħad. Ir-riħ fil-livelli għoljin ta’ l-atmosfera qed jimbuttaw il-maltemp lejn il-Gżejjer Maltin. Il-baħar huwa sħun biżejjed biex jiffavorixxi l-iżvilupp ta’ maltemp polska-ed.com. Is-sitwazzjoni qed tiġi ssorveljat kontinwament. Aġġornamenti se jsegwu meta u jekk ikun hemmm bżonn.