ENGLISH/INGLIŻ

The second instability for this week will be affecting the Maltese Islands over the weekend. A low pressure system over the Gulf of Genoa will migrate towards the central Mediterranean on Saturday 21/11, intensifying as it does so. This will bring colder air from the north with it. Meanwhile, a southerly current will advect warm and humid across our region. The two will clash to develop and sustain a mass of rain clouds that will remain stationary over the central Mediterranean until at least Monday 23/11. We’re expecting a series of showers which will be heavy and also possibly thundery at times over the Maltese Islands from early on Saturday through to late on Monday. Although rainfall totals could be substantial, we’re not expecting very large amounts of rain in a short space of time. Flooding will obviously still be possible in the usual low-lying areas. The wind, which will start off from the West to Southwest, and veer Southeast to East later on Saturday, will reach up to Force 7 over these three days. No severe weather is expected.

 

MALTI / MALTESE

It-tieni mewġa ta’ instabbilita għal din il-ġimgħa se tlkun qed taffetwa l-Gżejjer Maltin fi tmiem il-ġimgħa. Sistema ta’ pressjoni baxxa fuq il-Golf ta’ Ġenoa se tintensifika filwaqt li testendi lejn iċ-ċentru tal-Mediterran nhar is-Sibt 21/11. Din se ġġib magħha arja kiesħa minn naħa ta’ fuq ta’ l-Ewropa. Fl-istess waqt, kurrenti minn nofsinhar se jimbuttaw arja sħuna u umda lejn ir-reġjun tagħna. Il-kuntrast ta’ bejn dawn se joħloq u jsostni massa ta’ sħab tax-xita li se tkun stazzjonarja fuq iċ-ċentru tal-Mediterran sa minn ta’ l-anqas nhar it-Tnejn 23/11. Nistennew serje ta’ ħalbiet tax-xita li se jkunu qawwijin u anke possibilment bir-ragħad fil-Gżejjer Maltin minn kmieni s-Sibt sa tard it-Tnejn. Għalkemm l-ammont ta’ xita jaf ikun sostanzzjali, ma jidhirx se jkollna ammonti kbar ta’ xita f’daqqa. Ovvjament, wieħed għandu jistenna li jinġabar xi ilma fl-inħawi tas-soltu. Ir-riħ, li mill-Punent għal Lbiċ se jaqleb Xlokk għal Lvant aktar tard is-Sibt, se jkompli jilħaq Forza 7 matul dawn it-tlett ijiem. Mhux qed nistennew maltemp sever.