July is well known for being the driest month of the year. Despite this, it’s mid-July, and parts of the Maltese Islands have experienced a heavy rain shower. Also, there is more to come! A low pressure system passing over southern Italy has already started affecting us. Apart from some rain, this will bring with it cooler than average temperatures, strong winds and cloudier skies till Wednesday 17/07. The chance of rain will be at its highest on Monday 15/07 and Tuesday 16/07, when isolated showers, possibly briefly heavy at times, could affect some parts of the Maltese Islands. Total rainfall will not exceed 5 mm. This will happen as the wind veers from the Southeast to Northwest. Hot air brought over by the Southeast wind will meet cooler air brought over by the Northwest wind right over the Sicilian Channel, causing patches of isolated showers and thunderstorms to develop. No severe weather is to be expected.

Lulju huwa magħruf bħalha l-aktar xahar niexef tas-sena. Minkejja dan, wasalna f’nofsu u xi nħawi tal-Gżejjer Maltin esperjenzaw ħalba xita qawwija. Apparti din, hemm aktar x’jgħaddi minn ħdejna. Sistema ta’ pressjoni baxxa li għaddejjha minn fuq in-nofsinhar ta’ l-Italja diġa bdiet taffetwana. Apparti minn xi ftit xita, din se ġġib magħha temperaturi anqas mill-medja, riħ qawwi u sema aktar imsaħħab sa l-Erbgħa 17/07. Iċ-ċans ta’ xita se jkun l-ogħla nhar it-Tnejn 15/07 u t-Tlieta 16/07, hekk kif ħalbiet iżolati tax-xita, li jistgħu jkunu qawwijin għal xi ħin kultant, jistgħu jaffetwaw partijiet mill-Gżejjer Maltin. It-total ta’ xita mhux se jaqbeż il-5 mm. Din se sseħħ hekk kif ir-riħ jaqleb minn Xlokk għal-Majjistral. L-arja sħuna li jġib miegħu riħ mix-Xlokk se tiltaqa ma’ arja friska li jġib miegħu riħ mill-Majjistral. Dan se jseħħ fuq il-Kanal ta’ Sqallija, u se jwassal biex jiffurmaw diversi ħalbiet iżolati tax-xita u maltempati bir-ragħad iżolati f’dan ir-reġjun. Mhux qed nistennew maltemp sever.