ENGLISH/INGLIŻ

A short-wave upper-level low pressure system will move across the central Mediterranean in the coming days. This will bring relatively cold air over a very warm sea, creating a great deal of instability. There will be plenty of moisture in the atmosphere. This is expected to develop a series of showers and thunderstorms around and over the Maltese Islands. We’re expecting showers and thunderstorms from time to time between early morning on Friday 1st October and early morning on Sunday 3rd October. Rain is possible at any time during this time period.  Thunderstorms will be heavy and also possibly with hail at times. Strong wind gusts will also accompany some showers. The nights of Friday/Saturday and Saturday/Sunday are likely to bring the heaviest rain. We’re expecting this weekend’s rain to be more widespread, and most (if not all) localities are likely to have been affected by the end of it. Significant rainfall totals are possible. We will do our best to keep you informed regularly. We will issue warnings well in advance if the need arises.

 

MALTI/MALTESE

Firxa ta’ pressjoni baxxa se tgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran fil-jiem li ġejjin. Din se twassal biex arja relattivament friska tiltaqa ma’ baħar sħun ħafna, u b’hekk tiżviluppa roqgħa nstabbli ferm. L-arja se tkun umda ħafna. Din se twassal għal iżvilupp ta’ serje ta’ ħalbiet tax-xita u maltempati bir-ragħad madwar u fuq il-Gżejjer Maltin. Qed nistennew ħalbiet tax-xita u maltempati bir-ragħad minn ħin għal-ieħor bejn kmieni filgħodu l-Ġimgħa 1 ta’ Ottubru u kmieni filgħodu l-Ħadd 3 ta’ Ottubru. Xita se tkun possibbli kwalunkwe ħin. Il-maltempati bir-ragħad se jkunu b’xita qawwija u possibilment anke bis-silġ kultant. Buffuri tar-riħ qawwija se jakkumpanjaw xi ħalbiet tax-xita. L-aktar xita qawwija għandha tkun madwarna matul l-iljieli tal-Ġimgħa/Sibt u s-Sibt/Ħadd. Nistennew li x-xita matul dawn il-jiem tkun ferm aktar mifruxa minn dik li kellna sa issa, bil-maġġoranza (jekk mhux kollha) tal-lokalitajiet ikunu affetwati sa tmiem il-perjodu nstabbli. Ammonti sinifikanti ta’ xita huma possibbli. Aħna se nagħmlu minn l-aħjar biex inżżommukhom aġġornati regolarment. Twissijiet jinħarġu minn ferm qabel jekk ikun hemm bżonn.