ENGLISH/INGLIŻ

We set clocks forward an hour tonight. The German Empire and its World War I ally Austria-Hungary were the first to use Daylight Saving Time (DST) as a means of conserving coal during wartime. Others followed suit. Numerous countries abandoned it in the years following World War II. Since then, the world has seen several enactments, adjustments, and repeals. Much of Africa, Asia, South America and Oceania do not follow it anymore. There are several arguments about this, both in favor and against. Back in 2019, MEPs have voted to end the summer and winter time switch in 2021. Due to delays caused by the current pandemic, the process is still in the legislative process, with a decision by the European Council expected later in the year. If we stick to summer time, it will be darker in the mornings in winter, but there will be much more light in the evening. If we stick to winter time, there will be more light in the mornings in winter, but it will get dark earlier in the summer. Daylight Saving Time (DST) begins tonight, so do not forget to move your clock forward one hour before going to bed tonight. Tomorrow, the sun rises at 06:54 and sets at 19:20, as summer slowly sets in.

 

MALTI / MALTESE

Illejla nmexxu il-ħin siegħa il-quddiem. L-Imperu Ġermaniż u l-alleati tagħhom l-Awstrija-Ungerija kienu l-ewwel li użaw id-Daylight Saving Time (DST) fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Dan għamluh biex jikkonservaw il-faħam fi żmien il-gwerra. Oħrajn imxew fl-eżempju tagħhom. Numru ta’ pajjiżi abbandunaw din is-sistema fis-snin ta’ wara i-Tieni Gwerra Dinjija. Minn dakinhar l-hawn, diversi pajjiżi raw promulgazzjoni, aġġustamenti u tibdil. Il-biċċa l-kbira ta’ l-Afrika, l-Asja, l-Amerika ta’ Isfel u l-Awstralja ma għadhomx juzawha din is-sistema. Hemm diversi argument, kemm favur kif ukoll kontra d-Daylight Saving Time (DST). Lura fl-2019, l-MPEs ivvutaw biex itemmu din is-sistema ta’ tibdil fl-Ewropa matul is-sena 2021. Minħabba dewmien ikkawżat mill-pandemija ta’ bħalissa, il-proċess għadu fl-istadju leġislattiv, b’deċiżjoni mill-Kunsill ta’ l-Ewropa mistennija aktar tard din is-sena. Jekk inżommu l-ħin tas-sajf, se jkollna aktar dlam filgħodu fix-xitwa, imma aktar dawl filgħaxija. Jekk inżommu l-ħin tax-xitwa, se jkun hemm aktar dawl filgħodu fix-xitwa, imma se jidlam aktar kmieni fis-sajf. Daylight Saving Time (DST) jibda llejla. Għalhekk, tinsewx tmexxu l-arloġġi siegħa ‘l quddiem qabel tidħlu torqdu. Għada x-xemx titla fis-06:54 u tinżel fis-19:20, hekk kif qed joqrob is-sajf.