This week has been relatively unstable across the central Mediterranean. A number of days were characterised by a strong breeze and fresher temperatures. There is the possibility of an isolated shower over the weekend (mainly early on Saturday 08/08 and early on Sunday 09/08).
This will change by Monday 10/08, as an anticyclone over Algeria and Tunisia extends to cover much of the central Mediterranean. This will drag with it hot air from the Sahara Desert towards our area. Starting from Monday 10/08, daytime highs will once again be higher than average, with values expected to rise to 33°C. Nighttime lows, on the other hand, will be in the region of 24°C / 25°C. From the start of next week, the wind will be light on most days. It may increase to Force 3/4 on some days. The wind will blow from the West Northwest to Northwest much of the time. Assuming the anticyclone perists for more than a week, temperatures may soar to highs of 35°C again by Santa Marija.
Din il-ġimgħa kienet relattivament instabbli madwar iċ-ċentru tal-Mediterran. Kellna diversi jiem b’riħ kemmxejn qawwi u temperaturi aktar friski. Hemm ukoll il-possibilita’ ta’ xi ħalba xita iżolata fi tmiem il-ġimgħa (speċjalment kmieni s-Sibt 08/08 u kmieni l-Ħadd 09/08).
Dan kollu mistenni jinbidel sa nhar it-Tnejn 10/08, hekk kif antiċiklun fuq l-Alġerija u t-Tuneżija se jestendi lejn iċ-ċentru tal-Mediterran. Dan l-antiċiklun se jġib miegħu arja sħuna minn fuq id-deżert tas-Sahara lejn ir-reġjun tagħna. Minn nhar it-Tnejn 10/08, it-temperaturi massimi se jerġgħu jkunu ogħla mill-medja, b’valuri ta’ 33°C. It-temperaturi minimi se jkunu fil-livell ta’ 24°C / 25°C. Mill-bidu tal-ġimgħa li ġejja wkoll, ir-riħ se jkun ħafif għal biċċa l-kbira tal-ħin. Xi jiem jafu jkunu b’riħ sa Forza 3/4, pero’. Ir-riħ se jonfoħ mill-Punent Majjistru għal Majjistral għal maġġoranza tal-ħin. Jekk nassumu li dan l-antiċiklun jippersisti għal aktar minn ġimgħa, it-temperaturi jistgħu jibqgħu telgħin u jilħqu 35°C sa Santa Marija.
0 comments
Write a comment