ENGLISH/INGLIŻ

A cold front associated with an intense low pressure system (989hPa) over Italy will traverse our region late on Friday 25/09. Its effects will be felt throughout the weekend, and the start of next week. A ridge of high pressure is then likely to form across the central Mediterranean by Tuesday 29/09, restoring fine weather over the Maltese Islands.

The wind will experience a sudden turn to the West Northwest and a sharp increase to Force 5/6 at times 7 at the moment the cold front moves over the Maltese Islands. This will increase further and reach Force 6/7 at times 8 all day Saturday 26/09. It will decrease to Force 4/5 at times 6 for Sunday 27/09 and Monday 28/09. A separate warning was issued for these strong winds.

The maximum temperature on Friday 25/09 peaked at 32°C, a full 4°C above the average for this time of year. As soon as the cold front crosses over us, the temperature will dip. Daytime highs over the weekend will reach only 23°C / 24°C, a full 4°C below the September average. Nighttime lows will be marginally below the climate average, at 19°C / 20°C. The strong winds will make the air feel even cooler.

Some rain may occur from time to time too, mainly between late evening on Friday 25/09 and early morning on Monday 28/09. Of particular interest to us is a thunderstorm that may form around the central Mediterranean later in the day on Sunday 27/09. As things stand, there is a chance that this may affect us. We will monitor it carefully and update you if necessary.

The weather situation will stabilise again on Tuesday 28/09 with sunnier skies, slightly warmer temperatures and lighter winds.

 

MALTI / MALTESE

Front ta’ arja kiesħa abbinat ma’ sistema ta’ pressjoni baxxa intensa (989hPa) fuq l-Italja se jgħaddi minn fuq ir-reġjun tagħna tard il-Ġimgħa 25/09. L-effetti ta’ dan se jinħassu tul tmiem din il-ġimgħa kollu u l-bidu tad-dieħla. Firxa ta’ pressjoni għolja għandha tiżviluppa madwarna minn nhar it-Tlieta 29/09, biex b’hekk jirritorna l-bnazzi.

Ir-riħ se jdur Punent Majjistru f’daqqa u jżid malajr għal Forza 5/6 kultant 7 malli jasal fuqna dan il-front ta’ arja kiesħa. Dan se jżid aktar u jilħaq Forza 6/7 kultant 8 matul il-jum kollu tas-Sibt 26/09. Ir-riħ imbagħad jonqos għal Forza 4/5 kultant 6 il-Ħadd 27/09 u t-Tnejn 28/09. Id-dettalji dwar dan ir-riħ qawwi ġew deskritti fi twissija separata.

L-ogħla temperatura tal-Ġimgħa 25/09 messet 32°C, 4°C ogħla mill-medja għal dan iż-żmien tas-sena. Mal-wasla tal-front kiesaħ, it-temperatura se taqa. L-ogħla fi tmiem il-ġimgħa tilħaq biss 23°C / 24°C, 4°C anqas mill-medja għal Settembru. It-temperaturi minimi ta’ 19°C / 20°C se jkunu biss ftit anqas mill-medja. Ir-riħ qawwi se jwassal biex it-temperaturi jinħassu aktar friski minn kemm verament ikunu.

Se jkun hemm ukoll il-possibilita ta’ xi ftit xita minn ħin għal ieħor, speċjalment bejn tard il-Ġimgħa 25/09 filgħaxija u kmieni t-Tnejn 28/09 filgħodu. Ta’ interess speċjali għalina hija l-possibilita ta’ maltempata bir-ragħad madwar iċ-ċentru tal-Mediterran aktar tard mal-jum tal-Ħadd 27/09. Jidher li din kapaċi tmissna. Se nżommu għajnejna fuqha u naġġornawkom kif ikun hemm bżonn.

Is-sitwazzjoni tat-temp se terġa tistabiliżża nhar it-Tlieta 28/09 u tkun immarkata bir-ritorn ta’ sema aktar xemxi, temperaturi xi ftit aktar sħan u riħ eħfef.