Exactly as forecast, a low pressure system rising from north Africa will be traversing the central Mediterranean till late on Saturday 04/05. Apart from the strong Southeast wind, airborne fine desert sand and dusty rain, there may be some isolated thunderstorms. This is the result of the warm air rising with the low pressure system from north Africa clashing with colder air extending south from Europe. Isolated thunderstorms will develop across the central Mediterranean overnight, potentially affecting the Maltese Islands in the process. Light rain is possible at anytime, whilst isolated thunderstorms are possible from 21:00 on Friday 03/05 till 09:00 on Saturday 04/05. During any isolated thunderstorms, if at all, the rain may be briefly heavy. Totals of up to 10 mm are possible across parts of the Maltese Islands. The Southeast wind will be at its strongest overnight, when it should reach Force 8 at times. Brighter skies will return to the Maltese Islands later in the day on Saturday 04/05, when the strong wind turns Northwest.

Eżatt kif imbassar, sistema ta’ pressjoni baxxa tiela minn l-Afrika ta’ fuq se tkun qed tgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran sa tard is-Sibt 04/05. Minbarra riħ qawwi mix-Xlokk, ramel fl-arja u xita tal-ħamrija, jaf ikun hemm xi maltempati bir-ragħad iżolati. Dan huwa r-riżultat ta’ kuntrast bejn arja sħuna li tiela ma’ din il-pressjoni baxxa minn l-Afrika ta’ fuq u arja aktar kiesħa nieżla minn fuq l-Ewropa. Maltempati bir-ragħad iżolati se jiffurmaw madwar iċ-ċentru tal-Mediterran billejl, u xi wħud jistgħu jaffetwaw lil Gżejjer Maltin. Xita ħafifa hija possibli minn ħin għal-ieħor, filwaqt li ċ-ċans ta’ maltempati bir-ragħad iżolati se jkun l-ogħla minn 21:00 tal-Ġimgħa 03/05 sa 09:00 tas-Sibt 04/05. Matul il-maltempati bir-ragħad iżolati, jekk jaħkmuna, ix-xita taf tkun qawwija għal ftit ħin. Ammonti ta’ 10 mm huma possibli f’xi nħawi. Ir-riħ mix-Xlokk se jkun l-aktar qawwi billejl, meta dan għandu jilħaq Forza 8. Sema kaħlani se jerġa jkun magħna tard is-Sibt 04/05, meta r-riħ idur Majjistral.